Reference: Volume 42C (1958), Part No. 2, Section , Page 816

Judgement Details


Date
07/01/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
SALVINO ELLUL BONICI vs WISQ NOBBLI MARKIZ PAOLO APAP BOLOGNA ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ISTITUTO TECNICO VINCNZO BUGEJA" - DEKADENZA - INTERPRETAZZJONI TAL-FONDAZZJONI - KONSERVATORJU "VINCENZO BUGEJA"
Summary
Fl-atti tan-Nutar Francesco Saverio Camilleri tal-4 ta' Dicembru 1880, il-Markiz Vincenzo bugeja eriga u ffonda hawn Malta il-Konservatorju "Vincenzo BUgja", ghall-iskop li jigu fih milquha u edukatil-bniet iltiema u foqra, u assoggetta din il-fondazzjoni ghall-"Leggi e Condizioni" li ghandhom jirregolaw l-istess Konservatorju; u fost affariiet ohra huwa ordna illi hadd majista' jittrasporta danl-Istitut band'ohra, jew jghaqqdu ma xi wiehed iehor, u lanqas jibdillu l-iskop tieghu, jew jirriducieh ghall-uzu ta' konvitt jew skejjel, anki jekk dan ikun irid isir ghal skopijiet u finijiet ta' utilita ugwali jew akbar; b'dan illi, fil-kaz li tigi trasgredita' l-volonta' tieghu wiehed kellu jipprocedi ghall-bejgh tal-bini u tar-renti u tal-mobilja spettanti lill-istess Konservatorju, u mir-rikavat nett nofs ezatt ghandu jmur a favur tal-fqar; u awtorizza mhux biss lill-konservatorju, u mir-rikavat nett nofs ezatt ghandu jmur a favur tal-fqar; u awtorizza mhux kull cittadin, biex ikollu l-jedd li jagixxi gudizzjalment u jipprovoka d-dekadenza hekk komminata. Fl-atti tan-Nutar Achille Micallef tat-18 ta' Settembru 1890, mbghad, gie miftuh u publikat it-testment "unica charta" maghmul mill-istess Markiz Bugeja flimkien ma' martu l-Markiza Bugeja fl-24 ta' Gunju 1890, li bis-sahha tieghu l-istess Markiz Bugeja u martu ghamlu xi dispozizzjonijiet li b'ezekuzzjoni taghhom gie mibni u erett l-"istituto Tecnico Vincenzo Bugeja", u ordnaw kif l-istess Istitut ghandu jigi amministrat. Fi zmien l-ahhar gwerra, il-Konservatorju gie trasportat f'dar imsejha "Villa Sunset" fi Trieq Sant'Anton, Hal Balzan, u l-edificcju tal-KOnservatorju gie adibit ghall-uzu ta' Depot tal-Pulizija; fil-waqt illi l-Istitut Tekniku gie trasformat fl-"Approved School", ossija Riformatorju. In vista ta' dan, l-attur, wara li ppermetta illi dan it-trasferiment tal-Konservatorju u din is-soppressjoni tal-Istitut Tekniku jijikkostitwixxu vjolazzjoni u ksur tal-imsemmijin "Leggi e Condizioni", talab li tigi dikjarata d-dekadenza tal-Konservatorju u tal- Istitut minn kwalunkwe beneficcju u taxxitu mhollilir-rispettivi amministraturi, jew li jidderivawlhom mill-fondazzjoni. B'din is-sentenza, il-Qorirriteniet u qatghet illi l-imsemmija "leggi e Condizioni" jolqtu u jirriferixxu biss ghall-Konservatorju, u ma japplikawx ghall-Istitut; u li ghalhekk it-talba tal-attur bhala proposta in bazi ta' ksur tal-istess "Leggi e Condizioni" ma tregix. In kwantu ghall-Konservatorju, l-istess sentenza rriteniet u qatghet illi, meta l-fondatur stabbilixxa illi dak l-Konservatorju ma kellux jigi trasportatband'ohra, ried ifisser li ma kellux jigi trasportat "barra minn Malta", u li ghalhekk, billi l-istess Konservatorju gie temporaneament trasportat Hal Balzan minflok li baqa' fl-edificcju proprju f'Santa Venera, ma kienx hemm lok ghad-dekadenza mill-fondazzjoni komminata mill-fondatur; u dan izjedu izjed meta wiehed jikkunsidra li dak it-trasport tal-konservatorju f'Hal Balzan sar, mhux kapriccozament, imma minhabba l-ezigenzi tas-sigurezza nazzjonali fi zmien l-imsemmija gwerra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info