Reference: Volume 42D (1958), Part No. 3, Section , Page 1202

Judgement Details


Date
18/11/1958
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
GIUSEPPINA CIANCIO PR. ET NE. vs MICHELE BUONTEMPO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 394 TAL-PROCEDURA CIVILI - KONTIJIET
Summary
Skond il-ligi, meta min ghandu jaghti kont ma jipprezentahx fiz-zmien stabbilit, il-Qorti tista' tippermetti lill-parti li tkun talbet il-kont li tispecifika, mqar b'gurament, is-somma li ghandha tinghata. Izda dan il-poter koncess lill-awtorita' gudizzjarja, li tammetti lil min ikun talab il-kontli jiddetermina bil-gurament is-somma dovuta, ma ghandux jigi ezercitat jekk jirrizulta lill-Qorti li mhix impossibbli kull prova biex jigi ahjar determinat l-ammont dovut minn ghand min hu tenut li jirrendi l-kont; billi din id-dispozizzjoni tal-ligi ghandha tkun armonizzata ma' dik rigwardanti l-gurament estimatorju ("in litem") kontenuta fl-istess ligi, fis-sens illi meta l-parti li tkun ippruvat "in genere" t-talba taghha, ma tkunx tista' bi htija jew minhabba l-qerq tal-parti l-ohra, tipprova l-ammont jew il-kwantita', f'kollox jew in parti, li jkollha tiehu, tista' jekk il-Qorti jidhrilha sewwa li taghtiha, tkun ammessa ghall-gurament "in litem". B'applikazzjoni tal-premess, fil-kaz prezenti l-Qorti dehrilha illi l-ammont dovut seta' jigi ahjar stabbilit billi jigi nomimat perit biex jaghmel ix-xoghol tal-likwidazzjoni tal-ammont dovut - provvediment, del resto, li kien anki mitlub allternattivament mill-parti attrici; u ghalhekk ghamlet din in-nomina ta' perit; salv l-ezercizzju tal-poter fuq riferit jekk, bl-istess provvediment, ghal htija jew qerq ta' min kellu jirrendi l-kont, ma jkunx jista' jigi raggunt l-iskop tal-fissazzjoni tal-ammont dovut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info