Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 29

Judgement Details


Date
12/02/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMMANUELE BALDACCHINO vs A.I.C. EDWIN ENGLAND SANT FOURNIER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1625 (1), 1627 (1), U 1628 TAL-KODICI CIVILI - FONDI LI GHADHOM MHUX MIBNIJA - LOKAZZJONI - TRASFERIMENT TAL-FONDI MIKRIJA
Summary
Il-kuntratt tal-lokazzjoni, bhal kwalunkwe kuntratt ieor, jista` jkollu bhala oggett teighu kwalunkwe haga li t-tgawdija taghha tkun fil-kummerc, kif ukoll hwejjeg futuri; u jista` jifforma oggett ta`lokazzjoni anki bini li jkun ghadu qieghed jinbena. Jekk sid il-kera jbiegh jew jiddisponi mill-haga mikrija, l-akkwirent ma jistax iholl il-krija, kem il-darba sid il-kera ma jkunx zamm dan il-jeddfil-kuntrat tal-kiri; ghax il-loaktur jaljena l-haga bl-obligi kollha li jkun ikkuntratta dwarha; uzejn ma jiswa lil-akkwirnet ma kienx jaf b'dik il-lokazzjoni; ghax il-konduttur ghandu dritt per sestanti u indipendenti. Imma jekk oggett tal-lokazzjoni jkun fond li ma jezistix ghax ghad irid jinbena, l-obligazzjoni tal-lokatur tikkomprendi dik tal-konstruzzjoni ta` l-istess fond, u din l-ahharobligazzjoni hija preambula u necessarja biex taghti ezistenza ghal-lokazzjoni, b'mod li l-lokazzjoni ma tibdiex tiddekorri qabel ma jkun sar dak il-bini u dik il-kostruzzjoni. Ghaldaqstant jekk il-lokatur jittrasferixxi l-fond mhux kostruwit, hu jonqos mill-obligu tieghu li jikkostruwixxi l-fond minn mikri; u fin-nuqqas ta` konvenzjoni espressa, dan l-obligu ma jghaddix fuq l-akkwirent, u dan mhux obligat jirrispetta l-lokazzjoni maghmula mill-awtur teighu. konsegwentement, il-lokazzjoni maghmula mis-sid orignali ma hix valida di fronti ghall-akkwirent tal-fond mhux konstruwit. hu jonqos mill-obligu teighu li jikkostruwixxi l-fond minnu mikri; u fin-nuqqas ta` konvenzjoni espressa, dan l-obligu ma jghaddix fuq l-akkwirent, u dan mhux obligat jirrispetta l-lokazzjoni maghmula mill-awturtieghu. Konsegwentemetn, il-lokazzjoni maghmula mis-sid originali ma hix vlaida di fronti ghall-akkwirent tal-fond mhux konstruwit.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info