Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 649

Judgement Details


Date
09/05/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
MICHAEL CALLEJA vs MARIA MAEMPEL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1592,1591 U 1590(1) TAL-KODICI CIVILI - ATT RIKONJITORJU - ENFITEWSI - LAWDEMJU
Summary
Hu l-padrun dirett, jew is-subpadrun dirett, jekk ikun il-kaz, li ghandu dritt jezigi illi jigi rikonoxxut minn min lilu jigi trasferit u jkun possessur tal-fond enfitestiku; u f'dan il-kaz, dan ta' l-ahhar ma jistax jirrifjuta r-rikonoxximent. Kif ukoll, hu l-akkwirent tal-fond li ghandu dritt jigirikonoxxut minflok l-enfitewta li minn ghandu jkun akkwista l-fond; u f'dan il-kaz, il-padrun dirett ma jistax jirrifjuta dak ir-rikonoxximent, jekk l-akkwirent ikun persuna idonea ghall-adempiment tal-obligazzjonijiet naxxenti mill-att enfitewtiku.Ghaldaqstant, min kien jippossjedi fond enfitewtiku, u ma ghadux jippossjedih ghax ittrasferih li lhadd iehor, ma jistax igieghel lil padrun dirett ul-enfitewta l-gdid li jirrikonoxxu lil xulxin. Kif lanqas jista' jitlob il-kundanna tal-entitewta l-gdid ghall-hlas tal-lawdemja lill-padrun dirett; ghax sakemm il-padrun dirett u dak l-enfitewta l-gdid ma jkunux ezigew ir-rikonoxximent, u sakemm dak ir-rikonxximent ma jkunx sar, il-lawdemju mhux dovut lill-padrun dirett. Ladarba t-trasferiment ikun sar minghajr il-kunsens tal-padrun dirett, il-possessur precedenti ma jistax jezigi dan ir-rikonoxximent u hlas tal-lawdenju; u hu jibqa' responsabbli lejn il-padrun dirett, jew is-subpadrun dirett, ghall-adempiment tal-obligazzjonijiet enfitewticisakemm isir dak ir-rikonoxximent. Salva l-azzjoni tieghu kontra l-enfitewta l-gdid, li, ghalkemm mhux rikonoxxut mill-padrun dirett, jew mis-subpadrun dirett, hu obligat personalment lejh, ghal kullhlas li jaghmel ghall-enfitewta l-gdid u li ghalieh l-enfitewta l-gdid hu tenut skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info