Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 190

Judgement Details


Date
18/03/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FARMACISTA GEORGE MALLIA vs CARMELA MALLIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 356 TAL-KODICI CIVILI - FLUS - INTERPRETAZZJONI - LEGAT - LEGAT "A LIMINE INTUS" - TESTMENT - TITOLI
Summary
F'materja ta' nterpretazzjoni testamentarj, meta d-dispozizzjoni hi cara, ghandha tircievi l-ezekuzzjni taghha bhala dak li ried it-testatur; u biex tigi penetrata l-intenzjoni tat-testatur, din l-intenzjoni ghandha tigi dezunta mill-kontenut tal-istess testment, u mhux minn fatt estrinseci. In linea ta' massimu, meta l-kwistjoni tkun dwar jekk legat ghandux jigi ammess jew eskluz, l-interpretazzjoni hi favur il-legatarju; meta tkun dwar l-estensjoni jew kwantita' tal-legat, l-interpretazzjonitkun favur l-eredi. Meta t-testatur, f'legat "a limine intus" minnu mholli, juza l-kliem "kif ukollil-flus kollha li jinsabu f'mewtu fi kwalunkwe Bank jew persuna, kif ukoll il-fided u d-deheb ......", dik id-dispozizzjoni ma tikkomprendix it-titoli. Ghax il-kelma "flus" fil-lingwagg komuni ma tfisserx "titoli"; u jekk fid-dispozizzjoni relattiva ghal dak il-legat, u lanqas fid-dispozizzjonijiet l-ohra tat-testment, ma jidher xejn li jista' jestendi s-sens ordinarju tal-kelma "flus" b'mod litigi nterpretata li tkun tikkomprendi t-titoli, dawn ghandhom jigu ritenuti eskluzi minn dak il-legat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info