Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 627

Judgement Details


Date
29/03/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
HENRY PACE ET NE. vs ANTONIO PORTANIER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI PAOLIANA JEW REVOKATORJA - LOKAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Il-kondizzjonijiet li jridu jirrikorru ghall-ammissibilita' tal-azzjoni pawljana jew revokatorja huma tnejn; l-att ghandu jkun ta' pregudizzju lill-kredituri u jrid ikun gie maghmul bi frode. Biex l-att ikun ta' pregudizzju lill-kredituri, jehtieg li jikkonkorru tliet rekwiziti; li d-debitur ikun insolvibbli; li l-insolvibilita' tkun tirrizulta, almenu in parti, mill-att impunjat, jigifieri li l-att ikun ikkawza jew aggrava l-insolvenza tad-debitur, billi jkun iddiminwixxa l-patrimonju tieghu;u fl-ahharnett illi l-kreditu li minhabba fih l-att jigi mpunjat ikun ta' data anterjuri ghall-att.In kwantu ghat-tieni element, il-frode hi dejjem necessarja fid-debitur; u hija necessarja wkoll fit-terz meta dan ikun ittratta mad-debitur b'titolu oneruz. Fil-kaz prezenti, l-Ewwel Qorti laqghetit-talba ghar-revoka ta' lokazzjoni maghmula mid-debitur tal-attur lil terza persuna, ghax irriteniet li kienu jirrikorru l-elementi kollha tal-azzjoni revokatorja, izda l-Qorti tal-Appell sabet li ma kienx jirrikorri l-element tal-pregudizzju tal-kreditur attur f'dik il-lokazzjoni, u ghalhekk irrevokat is-sentenza tal-Ewwel Qorti. Pero', billi l-kwistjoni giet ikkjarata fl-istadju tal-appell, mentri l-provi fl-ewwel istanza kienu jiggustifikaw l-azzjoni, ghamlet temperament fil-kap tal-ispejjez.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info