Reference: Volume 43D (1959), Part No. 4, Section , Page 955

Judgement Details


Date
14/02/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
ONOR. MABEL STRICKLAND, O.B.E. vs JOSEPH MICELLEF STAFRACE, B.A., L.P.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FAIR COMMENT" - ART. 2 KAP. 117 - KORREZZJONI GURNALISTIKA - LIBELL - RETTIFIKA - VERITA' TAL-FATTI
Summary
Il-Ligi tal-Istmapa tiddisponi illi kull persuna, li l-azzjonijiet jew intenzjonijiet taghha jigu rapprentati hazin f'gurnal, ghandha d-dritt tezigi litigi publikata immedjatament u bla hlas, fl-istess gurnal u f'post prominenti u bl-istess tipi, dikjarazzjoni li tikkontraddici jew jispjega dak li jkun ikiteb ghar-rigward taghha. Din mhix xi dispozizzjoni partikulari tal-ligi maltija; imma dispozizzjoni analoga tezisti f'diversi legislazzjonijiet ohra; uhi ferm f'lokha, bhala mizura preventivakontrapposta ghad-dispozizzjonijiet repressivi. F'xi sistemi legislattivi ohra jissemmew id-dritt ta` rettifika u d-dritt ta` rispsota; imma l-ligi maltija ma tuzax l-espressjoni "risposa", u ssemmibiss "contradiction or explanation", kliem li pjuttost jaccennaw ghad-dritt ta` rettifika. Issa, hupacifikament assodat fis-sistemi legislattivi li ghandhom din id-dispozizzjoni preventiva illi, biex tkun accettabbli r-rettifka, jehtieg li ma jkunx fiha xejn li jkun offensiv jew ingurjuz ghall-gurnalista nterpellat biex jippublika r-rettifika; u dan japplika tant ghad-dritt tar-rettifika, kemm ukoll ghal dak tar-risposta; u ghaldaqstant, il-gurnalista nterpellat ghandu d-dritt jirrifjuta jaghmel din il-korrezzjoni gurnalistika jekk ir-rettifika li hu jigi mitlub jippublika fil-gurnal teighujkun fiha xi haga hekk offensiva jew ingurjuza ghalieh. Dan id-dritt "preventiv" ma hux "sostituzzjoni" tal-process ordinarju ossija plenarju tal-libell, imma hu biss intiz biex jipprevenieh, jekk jista` jkun; u ghaldaqstant ma hux ammissibbli illi f'di il-procedura preventiva l-Qori ghandha tidholfl-ezami "funditus" dwar jekk id-dikjarazzjoni li taghha tintalab il-publikazzjoni hijiex koperta bil-"plea of justification" u/jew bil-"plea of fair comment", jewjekk kienx b'xi mod kriminuz l-artikolu li ghalieh tirriferixxi d-dikjarazzzjoni; ghax inkella tispicca r-"raison d'etre" ta din id-dispozizzjoni specjali preventiva, u jigu sovvertiti l-principji tal-ligi tal-Istampa, ghaliex il-gudizzju elanrju tal-libell ikun qieghed jsir, minflok bhas-soltu f'din il-procedura specjali. U allura,jekk id-dikajrazzjoni mitluba hi "prma facie" offensiva ghall-gurnalista nterpellat, dan ghandu d-dritt li jirrifjuta li jippublikaha, minghajr ma jkun qieghed b'daqshekk jikser id-dispozizzjoni tal-ligi in kwistjoni. Id-dikajrazzjoin gahndha tkun koncepita b'mod li, mentri tevita l-kliem oggezzjojnabbli, fl-istess hin ticcara l-punto di vista tal-kwerelant b'rettfika tal-intestatura u tal-kontenut tal-artikolu oggezzjonat, in kwnatu dan kien jirifletti fuq il-kwerelant. U lanqas huwa l-kaz liwiehed jippretendi li l-gurnalista nterpellat kellu jippublika parti mid-dikajrazzjoni u jhalli barra l-kliem li ghalieh hu oggezzjona; ghax il-gurnalista nterpellat ma hux obligat jiddistingwi u jissepara r-risposta biex jippublikabiss dawk il-brani lima jmorrux kontra l-ezercizzju tad-dritt tieghu ta` legittima difiza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info