Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 724

Judgement Details


Date
08/05/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELA ABELA ET. vs AVV. DR. FRANCIS PORTANIER ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS REPRESENTATIONIS" - ART. 782 U 842(1) TAL-KODICI CIVILI - SUCCESSJONI
Summary
Ghalkemm il-ligi tiddisponi illi dispozizzjoni testamentarj tibqa' minghajr effett jekk il-persuna li favur taghha tkun saret tmut qabel it-testatur, izda l-istess ligi tiddisponi wkoll illi d-dixxendenti tal-werriet jew legatarju jidhlu minfloku fil-wirt jew fil-legat, kull meta, kieku s-successjoni kienet "ab intestato", kien ikollhom id-dritt tar-rapprezentazzjoni, barra minn meta t-testatur ikun ordna xort'ohra, jew il-legat ikun ta' uzufrutt, jew ta' uzu, jew ta' abitazzjoni, jew ta' jeddiehor minnu nnifsu personali. Skond l-interpretazzjoni tal-Qrati Taghna, dik is-successjoni "ab intestato" hija dik tat-testatur, u mhux dik tal-eredi jew tal-legatarju; u kwindi ghall-applikazzjonita' din id-dispozizzjoni tal-ligi xejn aktar ma hu mehtieg hlief li d-dixxendenti tal-persuna premorta, jew inkapaci, jinsabu f'relazzjoni ta' familja tali mat-testatur li tkun possibbli r-rapprezentazzjoni. U billi hija wkoll ligi li l-jedd tar-rapprezentazzjoni jinghata lit-tfal u d-dixxendenti ta' hut il-mejjet, jigi illim jekk it-testatur ihalli l-eredita' tieghu lil xi uhud minn hutu, u wiehed minn dawn hutu jmut qablu, il-porzjoni li kien jippercepixxi dan huh kieku baqa' haj jehduha t-tfal u d-dixxendenti tieghu, u mhux takkrexxi mas-sehem tal-ahwa l-ohra tat-testatur li jibqghu hajjinwara mewtu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info