Reference: Volume 41D (1957), Part No. 2, Section 3, Page 886

Judgement Details


Date
08/02/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE BUHAGIAR vs MARIA TEREZA SAMMUT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1552 TAL-KAP. 23 - ART. 16 TAL-KAP. 109 - CESSJONI TAL-AFFITT - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI - RINUNZJA GHALL-INKWILINAT - SULLOKAZZJONI
Summary
Fic-cessjoni, il-haga tghaddi fic-cessjonarju bl-istess kondizzjonijiet kif tkun tinsab ghand ic-cedent. Ghaldaqstant, meta persuna tiehu minn ghand il-lokatur fond li kien mikri lil hadd iehor b'kera u b'kondizzjonijiet diversi minn dawk li tahthom kienet tezisti l-lokazzjoni, ma jkunx hemm cessjoni tal-affitt, imma lokazzjoni gdida. Jekk, mbghad, is-supposta cessjoni tal-affitt tkun saret minghajr kitba, dik ic-cessjoni ma tezistix anki ghaliex tkun nieqsa minn rekwizit proprju tac-cessjoni,jigifieri l-iskrittura, li hu applikabbli anki ghac-cessjoni tal-affitt; b'mod li l-pretiza cessjoni tal-affitt, anki li saret, ma tistax tigi pruvata bix-xhieda. L-inkwilin jista' validament jirrinunzja ghall-lokazzjoni, u din ir-rinunzja mhix kuntrarja ghad-dispozizzjonijiet tal-Ligi tal-Kera; ghaliex dik il-ligi tipprojbixxi biss ir-rinunzja preventiva ghad-dritt tar-rilokazzjoni tacita ghall-futur, u mhux ir-rinunzja ghall-lokazzjoni korrenti. U ghal din ir-rinunzja ma hemmx bzonn ta' ebda formalita' jew awtorizzazzjoni. Jekk l-inkwilin jirrinunzja ghall-lokazzjoni, jigu rizoluti s-sullokazzjonijiet li huwa jkun ikkonceda lil hadd iehor, anki jekk il-lokatur kien jaf b'dawn is-sullokazzjonijiet, u kien ittollerahom jew ippermettihom, minghajr, pero', ma jkun irrikonoxxa espressament lis-subkonduttur, jew jekk ma tkunx saret espromissjoni espressa tal-konduttur. Ghaldaqstant, jekk l-inkwilin jirrinunzja ghall-lokazzjoni, u l-lokatur jikkoncedi l-lokazzjoni lil persuna ohra, l-inkwilin il-gdid jista' jagixxi kontra s-subinkwilin tal-inkwilin precedenti, biex dawn jizgumbraw mill-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info