Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 160

Judgement Details


Date
22/04/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ALFONSO MORANA vs MARY SIVE ROSIE SOUNESS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 13 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - ART. 2000 TAL-KODICI CIVILI - ART. 784 (2) (B) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - AZZJONI "DE IN REM VERSO" - AZZJONI RIVENDIKATORJA - DEPOZITU - ILLEGITTIMA' TAL-PERSUNA - KOMMUNJONI TAL-AKKWISTI - KONKUBINAT - MARA KUMMERCJANTA
Summary
Mhux kull negozju li jsir bejn konkubini huwa "ipso facto" u indiskriminatement illecitu; u anki l-liberalitajiet jistghu jkunu validi, jekk mhux suggetti ghall-kontinwazzjoni tar-relazzjonijiet illeciti bhala kondizzjoni ta' dawk il-liberalitajiet. Il-mara li tezercita l-kummerc bil-kunsens ta' zewgha hija persuna legittima biex toqghod f'kawza, tant bhala attrici kemm bhala konvenuta, minghajrl-assistenza jew l-awtorizazzjoni ta' zewgha, avvolja l-azzjoni ma tkunx tirrigwarda l-affarijiet tal-kummerc taghha; u dan b'ligi espressa; riferibilment, pero', azzjonijiet proprji tal-mara jew proprji kontra taghha, u mhux ukoll ghal dawk propriji ta' zewgha jew tieghu bhala amministratur ta' l-akkwisti. Jekk il-konkubin jikkonsenja lill-konkabina xi oggetti b'titolu ta' depozitu, l-azzjoni tieghu ghar-restituzzjoni ta' dawk l-oggetti hija proprju tal-mara, u r-ragel ma jidhol xejn; ghax dawk l-oggetti ma jidhlux fl-akkwist; u ghalhekk dik il-konkubina, li tkun tezercita l-merkatura bil-kunsens ta' zewgha, hija persuna legittima biex tikkontesta dik l-azzjoni. Il-mara mizzewga li tezercita l-merkatura tista' tikkuntratta; izda dwar dak li jirrigwarda u ghandu x'jaqsam mal-kummerc taghha; u ghaldaqstant, jekk id-depozitu li halla ghandha l-konkubin taghha ma kienx jidhol fil-kummerctaghha, hija ghandha titqies bhala persuna inkapaci ghal dak id-depozitu. Il-konkubin, pero', jista' jagixxi kontra taghha ghar-restituzzjoni tad-depozitu bis-sahha ta' l-azzjoni "de in rem verso", jew b'dik rivendikatorja, kemm-il darba l-oggetti depozitati jkunu ghadhom f'idejha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info