Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 155

Judgement Details


Date
15/04/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FRANCESCO ABELA vs JOHN MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
L-inkwilin huwa responsabbli quddiem il-lokatur ghall-fatti tas-subinkwilin tieghu li ma jkunx gie rikonoxxut mill-lokatur, kemm-il darba dawk il-fatti jkollhom x'jaqsmu mas-sullokazzjoni u d-dgawdijatal-fond sullokat; ghax bis-sullokazzjoni l-inkwilin, bhala rapprezentant tal-lokatur principali, jidhol responsabili ta' l-inkwilin quddiem il-lokatur principali ghal dak kollu li jirrigwarda d-dgawdija tal-fond. U huwa logiku u gust li bis-sahha tal-kuntratt dal-kirja, dak li l-inkwilin ma jistax jaghmel, lanqas ma jista' jaghmlu s-subinkwilin kontra r-rieda tal-lokatur principali; u l-inkwilin li jittrasferixxi d-dgawdija tal-fond lis-subinkwilin jidhol responsabili ta' dan quddiem il-lokatur, ghax it-trasferiment isir fuq ir-responsabilita' tieghu wahda, u huwa ghandu jbati l-konsegwenzital-ghemil tas-subinkwilin. Ghaldaqstant, is-sullokazzjoni ta' hanut maghmula mis-subinkwilin favur persuna ohra minghajr il-kunsens tal-lokatur principali tintitola lill-lokatur principali jitlob ir-ripreza tal-fond kontra l-inkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info