Reference: 925/1993/2

Judgement Details


Date
20/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
NAUDI HECTOR NOMINE vs PERESSO CHIARA NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, MA JISTA` JKUN HEMM EBDA VARJAZZJONI GUDIZZJARJA META JKUNU PRE-LIKWIDATI - DEMURRAGE, BHALA DANNI PRE-LIKWIDATI - DEMURRAGE, DEFINIZZJONI TA` - POLZA TA` KARIKU, NATURA TA` - PROVA, FUQ MIN JAQA` L-ONERU FIL-KAZ TA` ALLEGAZZJONI TA` FORZA MAGGURI
Summary
Polza ta` karigu (bill of lading) hija biss evidenza tal-ftehim bejn il-partijiet u mhux il-ftehim innifsu u fil-fatt termini addizzjonali jistghu jigu inkorporati minn eghjun ohra. Barra minn hekk kondizzjonijiet kontenuti fil-polza ta` karigu jistghu jigu varjati u huma vinkolanti.

Hawnhekk, il-partijiet kienu jafu li kellha tohrog polza ta' karigu bil-kundizzjonijiet tas-soltu, izda qabel ma dik harget, id-ditta attrici riedet certi kundizzjonijiet specjali, u kien a bazi ta' dawk il-kundizzjonijiet li accettat il-merkanzija abbord u harget Il-polza ta' karigu. Dawk il-kondizzjonijiet specjali baqghu jorbtu lis-socjeta' konvenuta, inattes kull gira tal-polza ta' karigu.

Il-prova tal-forza maggura trid issir dejjem min minn jinvokha.

Il-hlas ta' demurrage jkun dovutmeta l-merkanzija iddum izjed milli suppost biex titghabba u tinhatt; meta, jigifieri, din il-procedura tmur oltre il-laytime necessarju ghal tali operazzjoni.

Demurrage, allura, ma huma xejnhlief danni ghad-dewmien, tip ta' danni li huma anke kontemplata fil-Kodici Civili (artikolu 1130) .Meta jigi impost zmien ghall-esekuzzjoni ta' obbligazzjoni, id-debitur jigi mqieghed in mora bl-gheluq biss ta' dak iz-zmien. Dawn id-danni jistghu jigu likwidati minn qabel, u meta jkun hekk, kif jiddisponi l-artikolu 1138 tal-Kodici Civili, "ma tistax tigi moghtija lill-parti l-ohra somma akbar jew izghar." Dan huwa principju assodat fis-sistema guiridiku Malti. Meta zewg partijiet jiftehmu minn qabel x'ghandhom ikunu d-danni f'kaz ta' nuqqas, dik il-konvenzjoni torbot lill-partijiet bhala espressjoni tal-volonta' libera taghhom. Gie dejjem ritenut li l-Qorti ma tistax tissostitwixxi d-diskrezzjoni soggettiva taghha ghar-rieda tal-partijiet li diga' stabbilew bejniethom il-quantum tad-danni li l-atturi isofri minhabba l-inadempjenza tal-konvenut fl-esekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni assunta minnu. Meta l-partijiet jiftiehmu minn qabel l-ammont ta' danni, ma tistax ikun hemm temperament fil-quantum, liberament miftehma u assunta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info