Reference: 2653/1998/1

Judgement Details


Date
03/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
AGIUS GEORGE ET vs SCHEMBRI CHARLES V NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HADDIEMA TAL-PORT, TQASSIM TA` DHUL MINN UNITISED CARGO
Summary
Ir-Regolamenti dwar il-Haddiema tal-Port (AL 90 tal-1993) ighidu hekk dwar hlas ghax-xoghol ta' dawkil-haddiema:

25. Il-principali ta' haddiema tal-port ghandhom ihallsu ghal xoghol tal-portlill-Awtorita' [Marittima ta' Malta] skond it-tariffi ta' drittijiet u rati li japplikaw specifikatifit-Tieni Skeda, u skond l-imposta specifikata fit-Tmien Skeda li tinsab ma' dawn ir-Regolamenti.

26. L-Awtorita' ghandha, meta tircievi l-hlas ghal kontijiet minghand il-principali tal-haddiema tal-port, tiddepozita f'kont tal-pagi ta' haddiema tal-port kull ammont ta' flus dovut lil haddiema tal-port skond it-tariffi ta' drittijiet u notamenti relattivi specifikati fit-Tielet Skeda li tinsab ma' dawn ir-Regolamenti.

27. Id-drittijiet specifikati fit-tariffi tad-drittijiet li hemm fit-Tielet Skeda li tinsab ma' dawn ir-Regolamenti ghandhom jigu kalkolati skond il-metodi specifikati fir-Raba' Skeda li tinsab ma' dawn ir-Regolamenti.

28. Il-metodu ta' hlas lil haddiema tal-port ghandu jkun skond id-dis-posizzjonijiet tal-Hames Skeda li tinsab ma' dawn ir-Regolamenti.

B`dan is-sistema dhul minn unitised cargo li jidhol fil-porti il-kbir jinqasam bejn il-haddiema tal-port.

L-atturi li kienu haddiema tal-port pero` stazzjonati fil-port hieles u mhuxfil-port il-kbir ippretendew li kellhom dritt jippartecipaw fil-qsim tad-dhul minn unitised cargo minkejja li huma ma kienux involuti f`dan ix-xoghol. Huma ibbazaw l-argument taghhom fuq il-bazi li l-kelma tal-ligi ma tiddistingwix bejn haddiema li jaghtu sehem ghal dak id-dhul u dawk li ma jaghtuxsehem. Il-Qorti ma accettatx dan l-argument u qieset li l-iskop tal-ligi kien proprju li d-dhul minnxoghol ta` unitised cargo jinqasam bejn dawk li kienu jaghtu sehem f`dak ix-xoghol. Ma kienx l-iskop tal-ligi li tippermetti lil klassi ta` haddiema li ma kellhom xejn x`jaqsmu ma` dak ix-xoghol li jibbenefikaw mix-xoghol ta` haddiehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info