eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 99/1999/1
Download
Judgement Details
Date
22/02/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MIFSUD CARMELO ET vs AZZOPARDI GENERAL TRANSPORT LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
MIFSUD CARMELO ET vs AZZOPARDI GENERAL TRANSPORT LTD - 99/1999/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), BOARDS
Keywords / Summary
Keywords
TIBDIL TAD-DESTINAZZJONI TAL-UZU TAL-FOND - ZGUMBRAMENT
Summary
Il-vertenza tirrigwarda talba ghal zgumbrament minn fond kummercjali mikri lis-socjeta' intimata appellanti fuq il-kawzali li l-appellanti biddlu d-destinazzjoni tal-uzu tal-fond. Din it-talba da parti tal-appellati, sidien tal-fond St. Joseph, Tal-Hlas Road, Qormi, giet milqugha mill-Bord li Jirregola l-Kera.
L-ewwel lanjanza tas-socjeta' appellanti hija inpernjata fuq allegata irritwalita' u nullita' konsegwenzjali tar-rikors promotorju. Skont l-appellanti dan gie redatt zbaljatament kemm f'dik li hija talba kif ukoll ghaliex jikkontjeni zball matematiku riferribbilment ghall-ammont, fi flus, tal-kera li kien jithallas mill-inkwilin.
Din il-Qorti ma hijiex tal-fehma lighandha tilqgha dan l-aggravju. Fl-ewwel lok tinnota li fil-kors tas-smigh tal-kawza quddiem it-Tribunal tal-ewwel grad ma giet sollevata l-ebda eccezzjoni f'dan is-sens u kollox baqa' miexi a bazi tal-mertu tal-vertenza. Kien biss f'dan l-istadju ta' appell, li l-intimati hassew li l-procedura intavolata kienet wahda irrita. F'kull kaz pero', din il-Qorti xorta wahda jidhrilha li zball matematiku dwar il-valur lokatizju m'ghandux u fil-fatt ma kellhux, jaffettwa fis-sostanza dak li qed verament jintalab. Ghalhekk l-ewwel aggravju qieghed jigi respint.
Il-Bord wasal biex jilqa' t-talba tas-sid principalment minhabba l-fatt li s-socjeta' intimata kwazi ma tuza xejn il-fond in kwistjoni u li l-garage ma hux qed jintuza ghal ghan li ghalih inkera. Din il-Qorti tosserva li kwantughall-ewwel motivazzjoni surreferita da parti tal-Bord, ankorke' b'mod imnaqqas, baqa' dejjem jintuza mill-inkwilin. Kien hemm raguni l-ghala dan l-uzu safa ridott u cioe' l-akkwist ta' garage iehoru akbar da parti tas-socjeta' intimata, pero' uzu kien u baqa' jsir xorta wahda mill-fond lokat. L-uzu kontemplat hu wiehed li jikkomprendi uzu ampju basta li dan ikun konness man-negozju ta' burdnarezercitat mis-socjeta' appellanti.
Din il-Qorti ma jidhrilhiex li l-Bord kien gust jew korrett fl-apprezzament ghal hazna ta' xi affarijiet bla siwi bhal pallets u biex jitqieghdu go fih il-karozzi privati tal-imsiehba/diretturi. Il-fatt li ma dawn il-pallets kienu jitpoggew ukoll xi trakk jew izjed da parti tal-inwilin, ma giex issenjalat mill-Bord u tali fatt invece kien importanti li jigi meqjus ghaliex jaghti dimensjoni differenti dwar l-uzu li kien baqa' jsir mill-istess fond minn kif gie kkostat mill-Bord.
Din il-Qorti ma tiddisturbax leggerment dak l-apprezzament maghmul fl-ewwel istanza mit-Tribunal li quddiemha jkunu gew prodotti, mismugha u kkontrollati l-provi,izda din il-Qorti ghandha d-dmir li dejjem tirrevedi sew il-provi hekk imressqa meta hemm lanjanza proprju dwar l-apprezzament u l-portata taghhom.
Il-Bord accetta illi z-zamma fil-garage ta'oggett (generatur) ghal perijodu temporanju ma kienx jammonta ghal bdil fl-uzu. Huwa minnu li bl-uzu ridott tal-garage de quo, is-socjeta' inkwilina poggiet il-ftehim tal-kirja f'posizzjoni pjuttost prekarja. Madankollu ma hemmx indizji u provi sufficenti li kellhom jiggustifikaw l-akkoljimenttat-talba tas-sidien ghal fini tar-ripreza tal-fond lokat u konsegwenti zgumbrament tal-inkwilin.
Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tilqa' l-appell tas-socjeta' intimata appellanti, tirrevoka s-sentenza appellata moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fl-ismijiet premessifit-28 ta' Frar 2001, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-appellati.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It