Referenza: 99/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/02/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
MIFSUD CARMELO ET vs AZZOPARDI GENERAL TRANSPORT LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TIBDIL TAD-DESTINAZZJONI TAL-UZU TAL-FOND - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Il-vertenza tirrigwarda talba ghal zgumbrament minn fond kummercjali mikri lis-socjeta' intimata appellanti fuq il-kawzali li l-appellanti “biddlu d-destinazzjoni tal-uzu tal-fond”. Din it-talba da parti tal-appellati, sidien tal-fond “St. Joseph”, Tal-Hlas Road, Qormi, giet milqugha mill-Bord li Jirregola l-Kera.

L-ewwel lanjanza tas-socjeta' appellanti hija inpernjata fuq allegata irritwalita' u nullita' konsegwenzjali tar-rikors promotorju. Skont l-appellanti dan gie redatt zbaljatament kemm f'dik li hija talba kif ukoll ghaliex jikkontjeni zball matematiku riferribbilment ghall-ammont, fi flus, tal-kera li kien jithallas mill-inkwilin.

Din il-Qorti ma hijiex tal-fehma lighandha tilqgha dan l-aggravju. Fl-ewwel lok tinnota li fil-kors tas-smigh tal-kawza quddiem it-Tribunal tal-ewwel grad ma giet sollevata l-ebda eccezzjoni f'dan is-sens u kollox baqa' miexi a bazi tal-mertu tal-vertenza. Kien biss f'dan l-istadju ta' appell, li l-intimati hassew li l-procedura intavolata kienet wahda irrita. F'kull kaz pero', din il-Qorti xorta wahda jidhrilha li zball matematiku dwar il-valur lokatizju m'ghandux u fil-fatt ma kellhux, jaffettwa fis-sostanza dak li qed verament jintalab. Ghalhekk l-ewwel aggravju qieghed jigi respint.

Il-Bord wasal biex jilqa' t-talba tas-sid principalment minhabba l-fatt li “s-socjeta' intimata kwazi ma tuza xejn il-fond in kwistjoni” u li “l-garage ma hux qed jintuza ghal ghan li ghalih inkera”. Din il-Qorti tosserva li kwantughall-ewwel motivazzjoni surreferita da parti tal-Bord, ankorke' b'mod imnaqqas, baqa' dejjem jintuza mill-inkwilin. Kien hemm raguni l-ghala dan l-uzu safa ridott u cioe' l-akkwist ta' garage iehoru akbar da parti tas-socjeta' intimata, pero' uzu kien u baqa' jsir xorta wahda mill-fond lokat. L-uzu kontemplat hu wiehed li jikkomprendi uzu ampju basta li dan ikun konness man-negozju ta' burdnarezercitat mis-socjeta' appellanti.

Din il-Qorti ma jidhrilhiex li l-Bord kien gust jew korrett fl-apprezzament ghal hazna ta' xi affarijiet bla siwi bhal pallets u biex jitqieghdu go fih il-karozzi privati tal-imsiehba/diretturi. Il-fatt li ma dawn il-“pallets kienu jitpoggew ukoll xi trakk jew izjed da parti tal-inwilin, ma giex issenjalat mill-Bord u tali fatt invece kien importanti li jigi meqjus ghaliex jaghti dimensjoni differenti dwar l-uzu li kien baqa' jsir mill-istess fond minn kif gie kkostat mill-Bord.

Din il-Qorti ma tiddisturbax leggerment dak l-apprezzament maghmul fl-ewwel istanza mit-Tribunal li quddiemha jkunu gew prodotti, mismugha u kkontrollati l-provi,izda din il-Qorti ghandha d-dmir li dejjem tirrevedi sew il-provi hekk imressqa meta hemm lanjanza proprju dwar l-apprezzament u l-portata taghhom.

Il-Bord accetta illi z-zamma fil-garage ta'oggett (“generatur”) ghal perijodu temporanju ma kienx jammonta ghal bdil fl-uzu. Huwa minnu li bl-uzu ridott tal-garage de quo, is-socjeta' inkwilina poggiet il-ftehim tal-kirja f'posizzjoni pjuttost prekarja. Madankollu ma hemmx indizji u provi sufficenti li kellhom jiggustifikaw l-akkoljimenttat-talba tas-sidien ghal fini tar-ripreza tal-fond lokat u konsegwenti zgumbrament tal-inkwilin.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tilqa' l-appell tas-socjeta' intimata appellanti, tirrevoka s-sentenza appellata moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fl-ismijiet premessifit-28 ta' Frar 2001, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-appellati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni