Reference: 1753/2000/1

Judgement Details


Date
07/05/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BORG HELEN SIVE EILEEN vs BANK OF VALLETTA PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, ORDNI PUBBLIKU - SENTENZA, DISPOSITTIV TA` - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Summary
Sabiex tigi milqugha l-eccezzjoni tal-gudika huwa essenzjali li jkun hemm il-konkorrenza ta` tliet elementi: (a) l-istess oggett (eadem res), (b) l-istess partijiet (eadem personae) u (c) l-istess mertu (eadem causa petendi).

L-eccezzjoni tal-gudikat ghandha bhala sisien taghha l-interess pubbliku u hija ta' interpretazzjoni dejqa, tant li, f'kaz ta' dubju, l-gudikant ghandu jaqta' kontradik l-eccezzjoni.

Illi, min-naha l-ohra, dan il-principju huwa mwiezen b'dak daqstant ghaqlili, fejn kwestjoni tkun giet definita u trattata, s-sentenza ssir irrevokabbli jekk, wara li tigi appellata jew ritrattata, tigi konfermata; jew jekk ma tigix appellata jew ritrattata fiz-zmien li tippreskrivi l-ligi. Dan il-principju jissahhah meta l-kwestjoni li dwarha tinfetah it-tieni kawza jkun diga' jesisti fil-waqt li tinghata s-sentenza fl-ewwel kawza.

Huwa tassew ovvju li l-eccezzjoni tal-gudikat tintrabat ma' l- esistenza ta' sentenza. Ghal dak li jirrigwarda l-element ta` eadem causa petendi il-kwestjoni hija jekk tintrabatx biss mal-parti disposittiva taghha (fil-kliem strettament uzati mill-gudikant fl-ewwel sentenza) jew inkella jekk tintrabatx ukoll mal-konsiderazzjonijiet jew motivazzjonijiet li jintaghmlu u li jwasslu ghal dik is-sentenza.

Id-dispozittiv ta' sentenza m'ghandux jittiehed separatament mill-motivat, imma ghandu jigi minn dan definit u spjegat. Illi, fil-qosor jinghad li, jekk bejn it-talbiet tat-tieni kawza u dak li gie deciz fl-ewwel kawza jkun hemm kontradizzjoni u impossibilita' ta' ko-esistenza, allura jirrikorri r-rekwizit tal-identita' tal-oggett.

Hawnhekk l-attrici ipprovat tikseb in-nullita` ta` garanziji bankarji li allegatament hi ma kienitx iffirmat. Madanakollu, hi kienet giet ikkundannata thallas somma ta` flus lill-bank konvenut a bazi ta` dawk l-istess garanziji fi zmien li fih hi kienet assenti minn Malta. Il-Qorti ikkonkludiet illi b'din l-azzjoni l-attrici kienet qed tipprova terga` tiftah kwistjoni diga` deciza b'gudikat precedenti u ghalhekk laqghet l-eccezzjoni ta` res judicata sollevata mill-bank konvenut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info