Reference: 25/2005

Judgement Details


Date
04/02/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
CURMI JOHN NOE vs IL-KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPJAZZJONI
Summary
Il-kaz in ezami jirrigwarda li r-rikorrenti talbet zewg dikjarazzjonijiet distinti riferibbilment ghall-ksur ta' zewg drittijiet fondamentali taghha cioe` dikjarazzjoni li t-tehid tal-pussess ta' l-art mertu ta' dan ir-rikors, da parti ta' l-intimat, jivvjola d-drittijiet fondamentali tar-rikorrentikif sanciti fid-dispozizzjonijiet ta' l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protocol, stante illi l-artde quo ma gietx utilizzata ghall-iskop pubbliku espress fid-Dikjarazzjoni Presidenzjali tat-18 ta'Marzu 1988 u fl-Avviz Numru 219, u ghalhekk, jonqos l-element ta' l-interess pubbliku illi huwa essenzjali sabiex jillegittima t-tehid ta' proprjeta` privata; u li d-dewmien fl-inizjar tal-proceduri appoziti quddiem il-qorti kompetenti ghad-determinazzjoni tal-kumpens xieraq ghall-esproprjazzjoni ta' l-art de quo, jivvjola d-drittijiet fondamentali tar-rikorrenti, kif sanciti fid-dispozizzjonijietta' l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

L-interess pubbliku f'kazi ta' tehid ta' proprjeta privata hija l-konsiderazzjoni principali meta jigi ezaminat jekk tali tehid huwiex konformi mad-drittijiet fondamentali konferiti mill-Konvenzjoni Ewropea. Il-koncett ta' interess pubbliku ma jsib ebda definizzjoni la fil-Konvenzjoni, u lanqas fil-Kostituzzjoni ta' Malta. L-istess Kostituzzjoni tissoggetta d-dritt lill-Gvern ghat-tehidobbligatorju ta' proprjeta meta hemm disposizzjonijiet ta' ligi applikabbli ghal dak it-tehid ta' pussess jew akkwist. Il-Kap 88 li hija l-ligi li tirregola tali tehid, jiddefinixxi "skop pubbliku", bhala dak li ghandu x'jaqsam ma' l-uzu eskluziv tal-Gvern jew ma l-uzu pubbliku generali, jew li ghandu x'jaqsam ma jew jiswa ghall-interess jew qadi tal-pubbliku u jfisser ukoll kull skop iehor imsemmi bhala pubbliku minn xi ligi." L-artikolu 3 ta' l-istess Ordinanza jaghti l-fakulta` lill-Presidentta' Malta li jiddikjara illi art hija mehtiega ghal skop pubbliku. Tali dikjarazzjoni hija prova tan-natura pubblika tat-tehid billi skond l-artikolu 6 hadd ma jista' jitlob prova barranija.

Fil-fehema ta' din l-Qorti l-interess intrinsikament privat ta' uhud li jibbenefikaw essenzjalment minn negozju gestit minn proprjeta' tar-rikorrenti jxejjen dak l-interess pubbliku li trid il-Konvenzjoni Ewropea sabiex tehid forzuz ta' proprjeta` jkun gustifikat.Isegwi li l-interess pubbliku kellujibqa' jissussisti sa dakinhar li jigi ppubblikat dak il-kuntratt. Fil-fehma tal-Qorti wara li l-appellant kien stabbilixxa li l-iskop li ghalih kienet ser tigi esproprijata l-art - jigifieri skop agrikolu - gie abbandunat u ma kellux ghalfejn jara jekk setax kien hemm xi dipartiment iehor li ma kienx jidhol fil-vicenda li seta' kellu pjanijiet ohrajn.

Il-proprejta` privata ghandha tigi rispettata u l-privazzjoni tal-proprjeta` ghandha ssir taht kundizzjonijiet ben definiti ghalkemm l-Istat ghandu d-dritt li jirregola l-uzu tal-bini in konformita` ma' l-interess generali. Hemm bzonnli jkun hemm ekwilibrju realistiku bejn id-drittijiet tal-proprjetarju u l-ezigenzi tal-kollettivita` u m'ghandiex il-persuna esproprjata tissubixxi sagrificcju partikolari u esorbitanti. It-tehid ta' proprjeta` minghajr pagament ragjonevoli normalment jikkostitwixxi “disproportionate interference”ghalkemm l-Ewwel Artikolu ta' l-Ewwel Protokoll ma jiggarantix id-dritt ghal kompersazzjoni shiha jew skond is-suq. Dejjem irid ikun hemm “a reasonable relationship of proportionality between the means employed and the aim pursued”.

Skont l-espert tal-Qorti fil-qasam ta'l-ambjent, l-iskop wara t-talba ghall-esproprjazzjoni kien wiehed legittimu u cioe` biex isir rizerva naturali. In segwitu saru zviluppi ta' natura ambjentali, kif ukoll zviluppi fil-post fejn sar fencing ta' l-art. Fil-fatt a tenur tal-Kap 88 artikoli 3 u 12, wara d-dikjarazzjoni ta' esproprjazzjoni r-rikorrenti majibqalu ebda drittijiet fuq l-artijiet in kwistjoni hlief id-dritt li jircievu l-kumpens ghalihom purche` hemm l-interess pubbliku.

Din il-Qorti tikkonkludi billi tilqa' l-eccezzjoni ta' l-intimat u kjamat in kawza li kien jezisti l-interess pubbliku, filwaqt li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info