Reference: 109/2001/1

Judgement Details


Date
07/12/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs AGIUS RONALD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ESTRADIZZJONI, ASSOCJAZZJONI SABIEX TIGI KOMMESSA ATTIVITA` KRIMINALI - ESTRADIZZJONI, ELEMENTI RIKJESTI
Summary
Sabiex reat jitqies bhala wiehed ta' estradizzjoni skond il-ligi taghna irid jirrizulta li l-elementi kostituttivi ta' dak ir-reat fil-ligi tal-pajjiz barrani ikunu jammonaw ghal xi reat - jissejjah x'jissejjah - taht il-ligi taghna.

Ir-reat msejjah bhala 'associazione a delinquere' fil-ligiTaljana huwa kompletament differenti mir-reat ta' tentattiv ta', jew ta' komplicita` fi, reati ta'kuntrabbandu. Fil-ligi taghna, ghall-anqas sal-lum, ghadha ma tezistix il-figura ta' "conspiracy" jew "assocjazzjoni" biex wiehed jikkommetti reati in generali. Il-figura ta' "conspiracy" jew "assocjazzjoni" fil-ligi taghna hija limitata ghal certi reati specifici, bhalma huma r-reati ta' attentat kontra l-President ta' Malta (Art. 55, Kap. 9), insurrezzjoni jew kolp ta' stat (Art. 56), li wiehedjiftiehem biex jgholli jew ibaxxi l-prezz ta' oggett jew il-pagi tax-xoghol bi ksur tal-Artikolu 338(t) tal-Kodici Krminali, ir-reat ta' bejgh jew traffikar fi drogi (Art. 22(1)(f) tal-Kap. 101 u Art. 120A(f) tal-Kap. 31), u reati li ghandhom x'jaqsmu mal-kontroll fuq il-kambju (Art. 39, Kap. 233).Certament la jezisti r-reat generali ta' "conspiracy", cioe` r-reat ta' assocjazzjoni bil-ghan li ligi kommess xi reat jew reati, huma liema huma, u anqas jidher li jezisti fil-ligi taghna r-reat ta'"conspiracy" ghal finijiet ta' kuntrabbandu.


Ma hemmx xejn, la fl-Artikolu 8 tal-Kap. 276 (jew addirittura fil-Kap. 276) u anqas fil-Konvenzjoni Ewropea Ddwar l-Estradizzjoni jew fis-Second Additional Protocol ghal dik il-Konvenzjoni li b'xi mod jirrikjedi, ghall-fini tad-determinazzjonital-piena "in the requesting State", li c-cirkostanzi aggravanti jridu wkoll ikunu cirkostanzi aggravanti "in the requested State".

Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta' l-Artikolu 15 tal-Kap. 276 jirrikjedi li biex tintlaqa' talba ghal estradizzjoni il-Qorti Rimandanti tkun sodisfatta liingiebu provi (li jistghu jkunu kollha f'forma dokumentarja skond l-Artikolu 22 tal-Kap. 276) li huma "bizzejjed biex jiggustifika li dik il-persuna tghaddi proceduri dwar dak ir-reat li kieku kien sar fil-gurisdizzjoni tal-Qrati ta' Gustizzja Kriminali ta' Malta".

Hu appena necessarju jinghad li biex jigi deciz jekk hemmx kaz prima facie sabiex tintlaqa` talba ghal estadizzjoni, il-Qortighandha tikkunsidra mhux biss provi diretti izda wkoll dawk indizzjarji, provi li fil-kamp penali huma hafna drabi aktar importanti mill-provi diretti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info