Reference: 702/1999/1

Judgement Details


Date
27/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MIZZI JOHN vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
Fir-rikors tieghu, ir-rikorrent qed jallega ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem ghall-smighxieraq fi zmien ragonevoli abbazi ta' Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6 ta' l-Ewwel Skeda tal-Kap. 319 peress li qed jallega li kien hemm dewmien zejjed fil-proceduri kostitwiti mill-Pulizija kontra tieghu, u in partikolari sabiex jitressaq bhala xhud il-Kummissarju tal-Pulizija mitlub minnu, ghaliex inbidel il-Magistrat waqt l-istess proceduri, u peress li ma kellhux access ghall-Qorti ghaliex ried li l-c v c jipprocedu kontra l-Pulizija li ghamlu l-insegwiment minhabba dak li allega kienet xhieda falza izda ma thalliex jaghmel dan anke peress li c-challenge li saret a bazi tal-Artikolu 541 tal-Kap. 9 giet michuda.

Il-Qorti tghid illi jesizti d-dritt ghall-smigh xieraq quddiem tribunal imparzjali u ndipendenti u dan mhux necessarjament jikkomprendi d-dritt illi tkun gudikat mill-istess gudikant tul il-process kollu, gjaladarba li r-rekwisti tal-ligi u tas-smigh xieraqin generali jibqghu jigu imhasra u fil-fatt jidher li hekk sar fil-kaz odjern fejn il-Qorti jidherli hadet konjizzjoni u apprezzat sew ix-xhieda kollha li kellha quddiema, kemm dik li sema' il-Magistrat Coppini u kemm dik li instemghet mill-Magistrat Giovanni Grixti, b'dan li ma jirrizultax li r-rikorrenti sofra xi pregudizzju, u certament ma hemm l-ebda lezjoni tad-dritt ta' smigh xieraq fic-cirkostanzi tal-kaz odjern.

F'dan il-kaz jidher illi l-bdil tal-Magistrat ma impinga xejn fuq id-dritt ghas-smigh xieraq anke meta wiehed jara l-process fil-totalita' tieghu u ghalhekk il-Qorti ma tistax takkolji l-ilment tar-rikorrent fuq dan il-binarju.

Rigward l-allegazzjonijiet ta' sofferenza u umiljazzjoni mressqa mir-rikorrenti fis-sottomissjonijiet tieghu jirrizulta li dawn majinkwadrawx ruhhom taht l-ebda artikolu citat mir-rikorrent u ghalhekk l-Qorti mhix ser tiehu konjizzjoni ulterjuri tal-allegazzjonijiet. Dwar id-danni l-Qorti tghid illi fil-kompetenza kostituzzjonali taghha l-Prim Awla tista' taghti biss kumpens bhala rimedju ghall-ksur tad-drittijiet fundamentalital-bniedem. Dan il-kumpens huwa separat u distint minn danni fil-kamp strettament civili. Il-Qortitinnota illi d-danni mitluba mir-rikorrent huma simili, fil-komputazzjoni taghhom, ghad-danni li jistghu jigu mitluba civilment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info