Reference: 53/2001/2

Judgement Details


Date
13/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG PETER vs BUSUTTIL EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; SMIEGH GDID MINHABBA DIKJARAZZJONI FALZA
Summary
Il-kawza originali giet deciza fuq il-punt tal-uzu tal-abitazzjoni da parti tal-esponenti, li fiha kienet tinkorpora l-allegazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kirja, u ghalhekk id-dikjarazzjonijiet folozli saru minn Emanuel Busuttil kienu rilevanti u determinanti.

F'dan il-kaz ir-rikorrenti qedjallega li l-intimat kiser l-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69 tal-Ligijiet billi:-
a) Ma kienx svelalill-Bord li Jirregola l-Kera li l-post in kwistjoni kien dak dekontrollat.
b) Li l-istess intimat kien iddikjara li sar jaf minghand in-nies dwar il-karta ta` l-identita` tar-rikorrenti u kien ta x`jifhem li dan ma kienx joqghod fil-post in kwistjoni.
c) Li l-intimat kien agixxa minhabba sentenza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) in konnessjoni ma` proceduri kriminali fil-konfront tar-rikorrenti u
d) Li dak dikjarat mir-rikorrenti u kif hemm fuq premess, kemm fir-rikors promotur kemm fix-xhieda tieghu permezz ta` “affidavit”, kien “misleading” u “falz sostanzjalment”.

L-intimat kien ottjena l-anticipazzjoni sabiex jista` jizgombra lir-rikorrenti odjerni fuq il-kawzali li dan “. ghamel hafna hsara fil-fond lokat, ma ezegwix l-kondizzjonijiet tal-kiri u uza l-fond xort`ohra “milli ghall-iskop li l-fond kien gie lilu moghti”.

L-Artikolu 42 ibid li fuqhahi bazata din il-kawza jghid “Jekk jinsab li wahda mill-partijiet hadet decizjoni favorevoli mill-Bord minhabba dikjarazzjoni falza maghmula minnha, il-parti kuntrarja tista` taghmel talba lill-Bordghas-smiegh mill-gdid tar-rikors”. Tali talba ghandha tigi akkolta mhux biss f`kaz li jigi pruvat illi, fil-fatt saret dikjarazzjoni falza izda ghandu jigi pruvat wkoll illi d-decizjoni favorevoli hibazata fuq tali dikjarazzjoni falza.

L-Ewwel Qorti cahdet it-talbiet tar-rikorrenti. Minn dinis-sentenza appella r-rikorrenti biex jitlob ir-revoka taghha. L-addebiti tad-“dikjarazzjoni falza” fl-ambitu ta' l-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69, li l-appellanti jattribwixxi lill-intimat jikkonsistuf' li:-
(1) L-intimat ma informax lill-Bord li l-fond kien dekontrollat;
(2) Pemrezz ta' l-Affidavit tieghu l-intimat halla l-impressjoni li appena sar jaf bil-kundanna tar-rikorrenti dwar xireat, agixxa, meta, ghal kuntrarju, kemm hu, kif ukoll ommu, kienu jafu b'dawk il-fatti u, ciononostante, baqghu jircievu l-kera.

Bl-ewwel ilment tieghu l-appellanti jargomenta li l-appellat ghamel dikjarazzjoni falza in actis ghaliex ma informax lil Bord li l-fond de quo kien dekontrollatu, gjaladarba, ir-regoli ta' post dekontrollat stabbiliti bil-Kapitolu 158 huma differenti minn dawkta' post mhux iddekontrollat taht il-Kapitolu 69, isegwi li l-appellat invoka favur tieghu provvedimenti ta' ligi aktar favorevoli ghalih. Dan l-argoment ta' l-appellanti mahsub biex jikkonvinci lildin il-Qorti illi kien hemm dikjarazzjoni falza hu mhux biss dghajjef imma wkoll guridikament inaccettabli.

Dwar it-tieni ilment hi l-fehma konsiderata ta' din il-Qorti ta'l-Appell illi l-ezercizzju argomentattiv ta' l-appellanti ma jwassalx lill-Qorti biex tirravviza l-ezistenza pprovata ukonklussiva tal-falsita. Pjuttost, il-Qorti tara fl-ilment attentat biex tigi risollevata kwestjonita' l-apprezzament tal-provi li kien sar mill-Bord fis-sentenza issa ritrattata. Hu ghal kollox futili illi b'dak l-addebitu tieghu tal-falsita, l-appellanti jittanta jiskredita x-xhieda ta' l-appellat bl-iskop li jerga' jiftah berah l-istadju tal-provi ghaliex dan, fi procedura ghas-smigh mill-gdid ta' kawza mhux legalment permissibbli jew gustifikat.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info