eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 53/2001/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
13/06/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG PETER vs BUSUTTIL EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
BORG PETER vs BUSUTTIL EMANUEL - 53/2001/2 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL; SMIEGH GDID MINHABBA DIKJARAZZJONI FALZA
Fil-Qosor
Il-kawza originali giet deciza fuq il-punt tal-uzu tal-abitazzjoni da parti tal-esponenti, li fiha kienet tinkorpora l-allegazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kirja, u ghalhekk id-dikjarazzjonijiet folozli saru minn Emanuel Busuttil kienu rilevanti u determinanti.
F'dan il-kaz ir-rikorrenti qedjallega li l-intimat kiser l-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69 tal-Ligijiet billi:-
a) Ma kienx svelalill-Bord li Jirregola l-Kera li l-post in kwistjoni kien dak dekontrollat.
b) Li l-istess intimat kien iddikjara li sar jaf minghand in-nies dwar il-karta ta` l-identita` tar-rikorrenti u kien ta x`jifhem li dan ma kienx joqghod fil-post in kwistjoni.
c) Li l-intimat kien agixxa minhabba sentenza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) in konnessjoni ma` proceduri kriminali fil-konfront tar-rikorrenti u
d) Li dak dikjarat mir-rikorrenti u kif hemm fuq premess, kemm fir-rikors promotur kemm fix-xhieda tieghu permezz ta` affidavit, kien misleading u falz sostanzjalment.
L-intimat kien ottjena l-anticipazzjoni sabiex jista` jizgombra lir-rikorrenti odjerni fuq il-kawzali li dan . ghamel hafna hsara fil-fond lokat, ma ezegwix l-kondizzjonijiet tal-kiri u uza l-fond xort`ohra milli ghall-iskop li l-fond kien gie lilu moghti.
L-Artikolu 42 ibid li fuqhahi bazata din il-kawza jghid Jekk jinsab li wahda mill-partijiet hadet decizjoni favorevoli mill-Bord minhabba dikjarazzjoni falza maghmula minnha, il-parti kuntrarja tista` taghmel talba lill-Bordghas-smiegh mill-gdid tar-rikors. Tali talba ghandha tigi akkolta mhux biss f`kaz li jigi pruvat illi, fil-fatt saret dikjarazzjoni falza izda ghandu jigi pruvat wkoll illi d-decizjoni favorevoli hibazata fuq tali dikjarazzjoni falza.
L-Ewwel Qorti cahdet it-talbiet tar-rikorrenti. Minn dinis-sentenza appella r-rikorrenti biex jitlob ir-revoka taghha. L-addebiti tad-dikjarazzjoni falza fl-ambitu ta' l-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69, li l-appellanti jattribwixxi lill-intimat jikkonsistuf' li:-
(1) L-intimat ma informax lill-Bord li l-fond kien dekontrollat;
(2) Pemrezz ta' l-Affidavit tieghu l-intimat halla l-impressjoni li appena sar jaf bil-kundanna tar-rikorrenti dwar xireat, agixxa, meta, ghal kuntrarju, kemm hu, kif ukoll ommu, kienu jafu b'dawk il-fatti u, ciononostante, baqghu jircievu l-kera.
Bl-ewwel ilment tieghu l-appellanti jargomenta li l-appellat ghamel dikjarazzjoni falza in actis ghaliex ma informax lil Bord li l-fond de quo kien dekontrollatu, gjaladarba, ir-regoli ta' post dekontrollat stabbiliti bil-Kapitolu 158 huma differenti minn dawkta' post mhux iddekontrollat taht il-Kapitolu 69, isegwi li l-appellat invoka favur tieghu provvedimenti ta' ligi aktar favorevoli ghalih. Dan l-argoment ta' l-appellanti mahsub biex jikkonvinci lildin il-Qorti illi kien hemm dikjarazzjoni falza hu mhux biss dghajjef imma wkoll guridikament inaccettabli.
Dwar it-tieni ilment hi l-fehma konsiderata ta' din il-Qorti ta'l-Appell illi l-ezercizzju argomentattiv ta' l-appellanti ma jwassalx lill-Qorti biex tirravviza l-ezistenza pprovata ukonklussiva tal-falsita. Pjuttost, il-Qorti tara fl-ilment attentat biex tigi risollevata kwestjonita' l-apprezzament tal-provi li kien sar mill-Bord fis-sentenza issa ritrattata. Hu ghal kollox futili illi b'dak l-addebitu tieghu tal-falsita, l-appellanti jittanta jiskredita x-xhieda ta' l-appellat bl-iskop li jerga' jiftah berah l-istadju tal-provi ghaliex dan, fi procedura ghas-smigh mill-gdid ta' kawza mhux legalment permissibbli jew gustifikat.
Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta