Reference: 36/2007

Judgement Details


Date
23/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
THEUMA ALESSANDRA SIVE SANDRA vs MANGION ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
REDUNDANCY
Summary
L-appellanta giet impjegata bhala ghalliema mal-Kullegg St. Edwards u fl-ittra ta' l-ingagg jinghadli kellha tghallem Accounts kemm ghal livell Avvanzat kif ukoll livell Intermedju, Marketing ghal livell Intermedju u Economics ghal livell Inermedju. L-impjieg taghha gie tterminat permezz ta' ittraghal raguni li naqas il-hin tal-lezzjonijiet li kienet tghati. Meta kienu qed isiru s-sensji, kien hemm post vakanti fis-suggett tal-Matematika u l-appellanta avvicinat lill-Head of Department tal-Matematika, fejn urietha li kienet interessata li tghallem dan is-suggett. Min naha tal-Head of Department kellha tirreferi l-kaz lid-Director of Studies.

It-Tribunal Industrijali hu tal-fehma likieku il-Kullegg ta lill-appellanta l-opportunita li tattendi ghall-interview, kien ikun f'qaghda lijaghmel assessment ta' l-abilitajiet, il-kwalifiki u l-kompitenza taghha li tghallem dan is-suggettu f'kaz ta' dubju seta' jirrikorri lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex isiru verifiki independenti u jekk realistikament kienitx kompitenti li tghallem is-suggett tal-matematika ghal-livell rikjest mill-kullegg. L-istess Tribunal isib, li l-Kullegg kellu diversi nuqqasijiet fil-process tat-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' l-appellanta. Ma' dan, it-Tribunal Industrijali jirrimarka wkoll, li l-Kullegg kiser il-ligi meta fi zmien sena mit-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' l-appellanta, kellu postvakanti fis-suggett li l-appellanta kienet kompitenti li tghallem u minflok li offra dan il-post lill-appellanta, ghamel sejha ghal dan il-post vakanti fil-pubbliku biex jimpjega lill-haddiehor.

Ghaldaqstant it-Tribunal Industrijali ordna li fil-waqt li l-appellanta ma tigix moghtija l-impjieg lura, il-Kullegg ghandu jhallas kumpens lill-appellanta li jammonta ghas-somma ta' 5823 Euro.

Din il-Qorti ta l-Appell isemmi li skond l-Artikolu 36 (3) ta' l-Att dwar l-Impjieg u Relazzjonijiet Industrijali “kuntratt ta' servizz ghal zmien bla limitu jista' jintemm, bl-ghoti ta' l-avviz kif specifikat fis-subartikolu (5), mill-impjegat minghajr ma jaghti ebda raguni u mill-principal, blahsara ghad-disposizzjoni tas-subartikolu (14), fuq bazi ta' redundancy biss”. Ghalkemm minn certa ottika kemm l-impjegat kif ukoll min ihaddem ghandhom il-liberta` li jtemmu r-rapport tax-xoghol ghalzmien indeterminat, prevja pre-avviz, da parti tal-principal dan it-temm ta' l-impjieg ma jistax ikun wiehed ad nutum izda biss in relazzjoni ghal raguni ta' redundancy. Dan bla pregudizzju ghal qaghda ta' “raguni tajba u bizzejjed” li jippreciza l-Artikolu 36 (14), fejn ukoll, a differenza ta' l-Artikolu 36 (3) riportat, ma hemmx lanqas il-htiega li jinghata preavviz.

Mir-ri-ezami tar-rizultanti istruttorji kondott minn din il-Qorti illi, ankorke l-aggravji jistghu, dato ma non concesso, jikkontjenu kwestjonijiet ta' natura guridika, b' danakollu mill-konstatazzjoni tal-qaghda konkreta jekk il-punt dedott fil-gudizzju quddiem it-Tribunal jikkostitwiex “motiv gustifikat” jew “raguni tajba u bizzejjed” ma jistax ma jitqieghedx, ghall-fatt ta' l-attendibilita` u apprezzament tal-provi, fuq il-pjan tal-gudizzju ta' fatt. Huwa proprju dik ix-xorta ta' gudizzju li t-Tribunal ghamelfis-sentenza appellata ghas-sostenn ta' dik il-percezzjoni tieghu illi l-licenzjament tal-appellatama setax, fil-kumpless, jitqies wiehed fair u gustifikat.

Ghaldaqstant, l-Appell qed jigirespint u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez tal-prezenti istanza kontra l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info