Summary
Bl-azzjoni taghha, r-rikorrenti qeghda tilmenta li l-Istat Malti naqas li jhares l-interessi taghhabilli naqas li jillegisla dwar persuni li jghixu flimkien 'il barra mir-rabta taz-zwieg. Hija tghidli dan in-nuqqas jissarraf fi ksur tal-jeddijiet fundamentali taghha ghar-rispett ghall-hajja privata u familjari taghha skond l-artikolu 32 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta u l-artikolu 8tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Minbarra dan, hija zzid tghid li l-imsemmi nuqqas iwassal biex, f'ghajnejn il-ligi, ssehh diskriminazzjonibejn koppji mizzewga u koppji li jghixu flimkien barra z-zwieg, u dan bi ksur tal-artikolu 45 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 14 tal-Konvenzjoni. Ghalhekk, qeghda titlob li tinghata wkoll kumpens morali ghall-hsara li garrbet minhabba f'hekk, minbarra kwalunkwe provvediment iehor li jista' jkun mehtieg.
F'kawza fejn persuna tallega li garrbet ksur ta' jedd fundamentali mhares mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni, dik il-persuna trid turi li ghandha interess guridiku biex tiftah kawzabhal dik. Huwa biss f'kawza mahsuba taht l-artikolu 116 tal-Kostituzzjoni - l-hekk imsejha actiopopularis dwar in-nuqqas ta' siwi ta' ligijiet - li m'huwiex mehtieg li l-parti attrici turi li ghandha xi interess personali biex tressaq kawza bhal dik. Mill-bqija, jidher li l-principji li jistabilixxu x'ghandu jkun dan l-interess f'kawza ordinarja japplikaw ukoll ghall-kawzi taht din il-procedura specjali ta' ksur ta' dritt fundamentali.
L-interess mehtieg irid ikun wiehed dirett, legittimu u kif ukoll attwali, u jrid johrog minn stat attwali ta' ksur ta' jedd, liema ksur ikun jikkonsisti f'kundizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen jew tipprova ggib fix-xejn dritt li jappartieni lid-detentur jew li lilu jkun misthoqq. Biex tali interess ikun tutelat minn karattru guridiku, irid ikun iwassal ghal rizultat ta' utilita' u vantagg ghal min irid jezercita l-jedd, b'mod li jekk l-azzjoni ma tistax twassal biex tipproduci tali rizultat ghal min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi. Biex azzjoni tista' ssehh u titqies imsejsa b'interess kif imiss, trid tkun kapaci li tipproduci rizultat vantagguz jew utli ghal min jipproponiha u li dak ir-rizultat jista' jigi utilizzat. Irid jintwera li dak l-interess jibqa' jsehh matul il-hajja kollha tal-azzjoni, u mhux biss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess jintemm fix-xejn, il-konsegwenza immedjata tkun li l-imharrekjinheles milli jibqa' fil-kawza. Dak li jfisser l-interess tal-attur ghandu jkun jidher mill-att tal-kawza nnifisha, u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fl-att li bih il-kawza tinfetah, ghandu ghallanqas jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kuntrastat.
Fil-prattika gudizzjarja wiehed jista' jressaq kawza biex jikseb dikjarazzjoni preordinata ghal azzjonidefinitiva u ahharija, minkejja li din ma tkunx giet inkluza fl-azzjoni ta' accertament. Madankollu, f'kaz bhal dan, il-Qorti trid tkun soddisfatta li jkun hemm l-interess mehtieg, anki preordinat ghall-kawza l-ohra, u li d-dikjarazzjoni miksuba fil-kawza ta' accertament tkun tifforma l-bazi tal-kawza l-ohra li tista' tinfetah 'il quddiem.
L-interess mhux tabilfors ikun wiehed li jigi kwantifikat f'somma determinata ta' flus jew gid. L-interess jista' jkun ukoll meqjus imsejjes jekk jimmira li jhares jew jaghti gharfien ghal jedd morali jew suggettiv, imbasta l-jedd invokat ma jkunxwiehed ipotetiku.
Minhabba li kawza dwar ilment ta' ksur ta' jedd fundamentali tista' titressaq kemm jekk dak il-jedd ikun diga' nkiser jew qieghed jinkiser b'xi ghemil u kif ukoll jekk ikun hemm il-bizgha tal-ksur ta' dak il-jedd, johrog li f'kaz bhal dan l-element tal-interess guridiku jiehu xejra partikolari mill-aspett tal-attwalita'.
Id-diskrezzjoni li l-Qorti ghandha f'dan ir-rigward trid titwettaq b'mod korrett u mmirata lejn l-iskop li l-legislatur ried li jilhaq biha:jigifieri, li filwaqt li ma jithallewx isiru kawzi kostituzzjonali bla bzonn, min-naha l-ohra ma jigrix li, minhabba thaddim liberali tad-diskrezzjoni, persuna tinzamm milli tmexxi 'l quddiem azzjoni bhal din meta jkun jidher li l-kaz huwa wiehed serju li jimplika t-telf jew tnaqqir ta' jedd fondamentali ghal dik il-persuna. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex, min-naha l-wahda, il-Qrati ta' indoli kostituzzjonali ma jsibux ma' wicchom kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhomjew setghu jitfitxxu rimedji ohrajn effettivi, u biex, min-naha l-ohra, persuna ma tigix imcahhda mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.
Meta jinghad li jkun hemm rimedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera lijkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci.
Madankollu, l-ezistenza ta' rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaq l-ilment, u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejn iz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.
F'ghadd ta' sentenzi moghtijin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandujirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c)m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor, m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) meta r-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta'organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.
Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.
Il-Qorti tqis li l-qofol tal-kwistjoni legali mqanqla f'din il-kawza - jigifieri, n-nuqqas ta' gharfien legali ghall-effetti li jitnisslu minn relazzjonijiet konkubinali, u l-allegat ksur ta' jeddijiet fundamentali minhabba tali nuqqas - ma jistghu jkunu mistharrga quddieml-ebda Qorti ohra jekk mhux din. Ir-rimedju li r-rikorrenti tista' tikseb li kieku dehrilha li kellha tressaq kawza ghal kumpens skond il-ligi ordinarja ma kienx sejjer, fl-ahjar ipotezi ghar-rikorrenti, jindirizza ghal kollox l-ilment taghha ta' ksur ta' jeddijiet fundamentali. Fil-fehma tal-Qorti, uhud mill-aspetti ta' dritt imqanqlin fir-rikors promotur kienu tabilfors jehtiegu li wiehed idurlejn din il-Qorti ghall-istharrig u d-definizzjoni taghhom.
Kull persuna li thoss li garrbet, qeghda ggarrab jew sejra ggarrab ksur ta' jedd fundamentali ghandha l-jedd li tirrikorri hi direttament quddiem din il-Qorti ghar-rimedju u mhux toqghod tiddependi minn riferenza li l-Qorti stess tista' tiddeciedi li taghmel dwar ilment bhal dak.
Din il-Qorti hija tal-fehma shiha li ghandhatwettaq is-setghat kostituzzjonali u konvenzjonali taghha u tghaddi biex tistharreg l-ilmenti tar-rikorrenti fil-mertu taghhom. Hija qeghda, ghalhekk, twarrab l-istedina tal-intimati biex taghzel lima twettaqx dawn is-setghat. Ghaldaqstant din il-Qorti qeghda tiddikjara li r-rikorrenti ghandha l-interess guridiku li tressaq l-azzjoni taghha u tiddikjara li hija ghandha u sejra twettaq is-setghat kostituzzjonali u konvenzjonali taghha biex tisma' u tistharreg fil-mertu l-ilmenti tar-rikorrenti.