Reference: 2/2007

Judgement Details


Date
18/04/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DARMANIN ROSALIE vs IL-PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO POPULARIS - ARTIKOLU 116 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 14 TAL KONVEZJONI GHALL PROTEZZJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM U TAL LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - ARTIKOLU 32 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 45 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 8 TAL KONVENZJONI GHALL PROTEZZJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM U TAL LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - DISKRIMINAZZJONI BEJN KOPPJI MIZZEWGA U KOPPJI LI JGHIXU FLIMKIEN BARRA Z ZWIEG - KSUR5 TAL JEDD GHAR RISPETT GHALL HAJJA PRIVATA U FAMILJARI
Summary
Bl-azzjoni taghha, r-rikorrenti qeghda tilmenta li l-Istat Malti naqas li jhares l-interessi taghhabilli naqas li jillegisla dwar persuni li jghixu flimkien 'il barra mir-rabta taz-zwieg. Hija tghidli dan in-nuqqas jissarraf fi ksur tal-jeddijiet fundamentali taghha ghar-rispett ghall-hajja privata u familjari taghha skond l-artikolu 32 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta u l-artikolu 8tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Minbarra dan, hija zzid tghid li l-imsemmi nuqqas iwassal biex, f'ghajnejn il-ligi, ssehh diskriminazzjonibejn koppji mizzewga u koppji li jghixu flimkien barra z-zwieg, u dan bi ksur tal-artikolu 45 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 14 tal-Konvenzjoni. Ghalhekk, qeghda titlob li tinghata wkoll kumpens morali ghall-hsara li garrbet minhabba f'hekk, minbarra “kwalunkwe provvediment” iehor li jista' jkun mehtieg.

F'kawza fejn persuna tallega li garrbet ksur ta' jedd fundamentali mhares mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni, dik il-persuna trid turi li ghandha interess guridiku biex tiftah kawzabhal dik. Huwa biss f'kawza mahsuba taht l-artikolu 116 tal-Kostituzzjoni - l-hekk imsejha “actiopopularis” dwar in-nuqqas ta' siwi ta' ligijiet - li m'huwiex mehtieg li l-parti attrici turi li ghandha xi interess personali biex tressaq kawza bhal dik. Mill-bqija, jidher li l-principji li jistabilixxu x'ghandu jkun dan l-interess f'kawza “ordinarja” japplikaw ukoll ghall-kawzi taht din il-procedura specjali ta' ksur ta' dritt fundamentali.

L-interess mehtieg irid ikun wiehed dirett, legittimu u kif ukoll attwali, u jrid johrog minn stat attwali ta' ksur ta' jedd, liema ksur ikun jikkonsisti f'kundizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen jew tipprova ggib fix-xejn dritt li jappartieni lid-detentur jew li lilu jkun misthoqq. Biex tali interess ikun tutelat minn karattru guridiku, irid ikun iwassal ghal rizultat ta' utilita' u vantagg ghal min irid jezercita l-jedd, b'mod li jekk l-azzjoni ma tistax twassal biex tipproduci tali rizultat ghal min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi. Biex azzjoni tista' ssehh u titqies imsejsa b'interess kif imiss, trid tkun kapaci li tipproduci rizultat vantagguz jew utli ghal min jipproponiha u li dak ir-rizultat jista' jigi utilizzat. Irid jintwera li dak l-interess jibqa' jsehh matul il-hajja kollha tal-azzjoni, u mhux biss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess jintemm fix-xejn, il-konsegwenza immedjata tkun li l-imharrekjinheles milli jibqa' fil-kawza. Dak li jfisser l-interess tal-attur ghandu jkun jidher mill-att tal-kawza nnifisha, u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fl-att li bih il-kawza tinfetah, ghandu ghallanqas jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kuntrastat.

Fil-prattika gudizzjarja wiehed jista' jressaq kawza biex jikseb dikjarazzjoni preordinata ghal azzjonidefinitiva u ahharija, minkejja li din ma tkunx giet inkluza fl-azzjoni ta' accertament. Madankollu, f'kaz bhal dan, il-Qorti trid tkun soddisfatta li jkun hemm l-interess mehtieg, anki preordinat ghall-kawza l-ohra, u li d-dikjarazzjoni miksuba fil-kawza ta' accertament tkun tifforma l-bazi tal-kawza l-ohra li tista' tinfetah 'il quddiem.

L-interess mhux tabilfors ikun wiehed li jigi kwantifikat f'somma determinata ta' flus jew gid. L-interess jista' jkun ukoll meqjus imsejjes jekk jimmira li jhares jew jaghti gharfien ghal jedd morali jew suggettiv, imbasta l-jedd invokat ma jkunxwiehed ipotetiku.

Minhabba li kawza dwar ilment ta' ksur ta' jedd fundamentali tista' titressaq kemm jekk dak il-jedd ikun diga' nkiser jew qieghed jinkiser b'xi ghemil u kif ukoll jekk ikun hemm il-bizgha tal-ksur ta' dak il-jedd, johrog li f'kaz bhal dan l-element tal-interess guridiku jiehu xejra partikolari mill-aspett tal-attwalita'.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti ghandha f'dan ir-rigward trid titwettaq b'mod korrett u mmirata lejn l-iskop li l-legislatur ried li jilhaq biha:jigifieri, li filwaqt li ma jithallewx isiru kawzi kostituzzjonali bla bzonn, min-naha l-ohra ma jigrix li, minhabba thaddim “liberali” tad-diskrezzjoni, persuna tinzamm milli tmexxi 'l quddiem azzjoni bhal din meta jkun jidher li l-kaz huwa wiehed serju li jimplika t-telf jew tnaqqir ta' jedd fondamentali ghal dik il-persuna. Din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex, min-naha l-wahda, il-Qrati ta' indoli kostituzzjonali ma jsibux ma' wicchom kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhomjew setghu jitfitxxu rimedji ohrajn effettivi, u biex, min-naha l-ohra, persuna ma tigix imcahhda mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Meta jinghad li jkun hemm rimedju iehor xieraq, dejjem ikun qieghed jitfisser li tali rimedju jrid jitqies fid-dawl tal-ksur tal-jedd fondamentali li jkun qed jigi allegat li nkiser jew li jkun mhedded li sejjer jinkiser: ghandu jkun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera lijkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci.

Madankollu, l-ezistenza ta' rimedju iehor trid titqies fiz-zmien tal-allegat ksur tal-jedd fondamentali li dwaru jitressaq l-ilment, u mhux fiz-zmien li jkun tressaq l-ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali. M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejn iz-zmien li fih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jew konvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.

F'ghadd ta' sentenzi moghtijin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandujirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c)m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor, m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) meta r-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta'organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali, u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.

Il-Qorti tqis li l-qofol tal-kwistjoni legali mqanqla f'din il-kawza - jigifieri, n-nuqqas ta' gharfien legali ghall-effetti li jitnisslu minn relazzjonijiet konkubinali, u l-allegat ksur ta' jeddijiet fundamentali minhabba tali nuqqas - ma jistghu jkunu mistharrga quddieml-ebda Qorti ohra jekk mhux din. Ir-rimedju li r-rikorrenti tista' tikseb li kieku dehrilha li kellha tressaq kawza ghal kumpens skond il-ligi ordinarja ma kienx sejjer, fl-ahjar ipotezi ghar-rikorrenti, jindirizza ghal kollox l-ilment taghha ta' ksur ta' jeddijiet fundamentali. Fil-fehma tal-Qorti, uhud mill-aspetti ta' dritt imqanqlin fir-rikors promotur kienu tabilfors jehtiegu li wiehed idurlejn din il-Qorti ghall-istharrig u d-definizzjoni taghhom.

Kull persuna li thoss li garrbet, qeghda ggarrab jew sejra ggarrab ksur ta' jedd fundamentali ghandha l-jedd li tirrikorri hi direttament quddiem din il-Qorti ghar-rimedju u mhux toqghod tiddependi minn riferenza li l-Qorti stess tista' tiddeciedi li taghmel dwar ilment bhal dak.

Din il-Qorti hija tal-fehma shiha li ghandhatwettaq is-setghat kostituzzjonali u konvenzjonali taghha u tghaddi biex tistharreg l-ilmenti tar-rikorrenti fil-mertu taghhom. Hija qeghda, ghalhekk, twarrab l-istedina tal-intimati biex taghzel lima twettaqx dawn is-setghat. Ghaldaqstant din il-Qorti qeghda tiddikjara li r-rikorrenti ghandha l-interess guridiku li tressaq l-azzjoni taghha u tiddikjara li hija ghandha u sejra twettaq is-setghat kostituzzjonali u konvenzjonali taghha biex tisma' u tistharreg fil-mertu l-ilmenti tar-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info