Reference: 201/2000/3

Judgement Details


Date
23/06/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
AGIUS RONALD ET vs PORTELLI PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH MILL-GDID TA KAWZA - THASSIR TA SENTENZA - ZGUMBRAMENT
Summary
F'din il-kawza qed jigi miltub it-thassir tas-sentenza u s-smigh mill-gdid tal-kawza. L-atturi qeghdin jitolbu ukoll illi l-qorti tikkundanna lill-konvenuta tizgombra mill-appartament ghax ighidu illiqieghda zzomm dak il-fond bla titolu.

Fil-fehma tal-qorti, il-fatt illi saret kawza biex jithassar kuntratt jew biex il-qorti tghid illi kuntratt ma jiswiex ma jfissirx illi dak il-kuntratt ghandu jitqies li ma jiswiex hekk kif issir il-kawza. Huwa minnu illi, jekk il-qorti tilqa' t-talba utiddikjara nullità, din issehh ex tunc, izda sakemm ikun hemm dik id-dikjarazzjoni gudizzjarja l-kuntratt ghandu jitqies bhallikieku jiswa, ghax dan ma huwiex kaz ta' inezistenza tal-kuntratt. Li makienx hekk, il-pozizzjoni ta' min jixtri proprjetà jew jiksibha b'xi titolu iehor tkun prekarja ghall-ahhar, ghax ma jkunx jista' jinqeda bil-jeddijiet tieghu hekk kif xi hadd ifettillu jiftah kawza biex ihassar it-titolu ta' l-akkwist.

Il-konvenuta jkollha rimedji ohra jekk 'il quddiem qortitghid illi l-kuntratt li bih l-atturi kisbu t-titolu taghhom ma jiswiex, izda, sakemm ikun hemm dikid-dikjarazzjoni, ma tistax izzomm lill-atturi milli jinqdew bil-jeddijiet taghhom.

Peress li l-konvenuta ma wrietx li ghandha eccezzjoni tajba, imqar prima facie, xi tressaq kontra t-talbietta' l-atturi, il-qorti tichad it-talba taghha biex tithalla tikkontesta l-kawza u taghti s-sentenzakif irid l-art. 170(1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info