Reference: 18/2004/1

Judgement Details


Date
23/01/2006
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
BRINCAT JOSEPH DR. NOE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DISKRIMINAZZJONI BEJN MODI KIF WIEHED JINVESTI FLUSU
Summary
Ir-rikorrent talab lill-Qorti (a) tiddikjara li l-Ligi tas-Sigurta` Socjali fl-Art. 47 taghha fejn taghti dritt lid-Direttur li jnaqqas dak li jikkunsidra bhala penzjoni tas-servizz u jnaqqasha millijaghtu hu bhala penzjoni ta' l-irtirar, bhala kontra l-Kostituzzjoni u kontra l-Konvenzjoni Ewropeadwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u ghal kull xahar li operat tali tnaqqis fil-konfront tar-rikorrentEmanuel Debono (b) taghti rimedju adegwat u (c) tordna l-hlas ta' danni kawzati lir-rikorrent Emanuel Debono b'tali vjolazzjonijiet.

Fil-kaz odjern ir-rikorrent kien allega ksur tad-dritt ghalprotezzjoni minn privazzjoni ta' proprjeta` bla kumpens, ksur tad-dritt ghat-tgawdija pacifika ta' possedimenti, u ksur tat-tgawdija tad-drittijiet minghajr diskriminazzjoni.

Il-bazi ta' l-azzjoni tar-rikorrent hija dak li hu jsejjah l-vjolazzjoni li qed isiru u diga` saru u li jmorru kontral-Artikoli 37 tal-Kostituzzjoni, u l-Ewwel Artikolu tal-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea dwarid-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni abbinat mal-istess Protokol.

Ir-rikorrent qieghed jekwipara dak li qieghed jinghata [jew li jsostni li ghandu jinghata - pensjoni] ma' propjeta` - fis-sens li fir-rikors tieghu jsostni li hemm diskriminazzjoni bejn min iqieghed flusu l-bank jew jinvestihom f'shares, bonds jew units f'veikoli ta' investiment u r-rikorrent li kien qed investa f'veikolu “managed” u istitwit mill-employer tieghu. Ir-rikorrent sostna li pensjoni hijadritt ta' propjeta' u bhala tali protetta mill-Kostituzzjoni.

Id-disposizzjonijiet imsemmija ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu id-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' propjeta' skond l-interess generali. L-artikolu 47 tal-Att Dwar is-Sigurta' Socjali ma johloq ebda forma ta' diskriminazzjoni. Hu intiz biex johloq principji dwar rati ta'pensjoni applikabbli u rati ta' sigurta' socjali. Hija ligi intiza fuq solidarita' socjali kif jitqassam il-gid tal-pajjiz. Min ihallas kontribuzzjonijiet hu intitolat ghall-beneficcji izda mhux necessarjament ghal xi ammont partikolari.

Dan iwassal biex il-Qorti tilqa' l-eccezzjoni tad-Direttur tas-Sigurta` Socjali u Avukat General u konsegwentament tichad it-talba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info