Reference: 287/2005/1

Judgement Details


Date
07/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
COPPOLA FRANK vs GENERAL ROAD SERVICING LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT GUDIZZJARJU, ZBALL FL-INDIKAZZJONI TAL-KONVENUT MA JWASSALX GHAL NULLITA` - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, NATURA TAL-PROCEDURI
Summary
L-Artikolu 789(1)(d) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jipprovdi ghal kaz ta' nullita` ta' att guzzjarju "jekk l-att ikun nieqes minn xi partikolarita` essenzjali espressament mehtiegamil-ligi". Jissokta jinghad pero` fil-proviso ghalih illi l-eccezzjoni tan-nullita` "ma tkunx tista' tinghata jekk dak in-nuqqas jew vjolazzjoni jkunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohratal-ligi";

Fl-ewwel lok id-difett taht l-inciz fuq espress irid ikun ta' xi element essenzjali preskritt mil-ligi. Jidher li hawnhekk il-kelma operativa hija 'partikolarita`' ghax, din ma tistax tirriferixxi hlief ghal kontenut tac-citazzjoni, bhal ma huma l-kawzali, l-oggett, l-ordni ghal komparizzjoni f' isem ir-Regina, il-firma ta' l-Avukat, dik ta' l-Imhallef, u l-estremi l-ohra indikati fil-formola ad hoc annessa mal-Kodici ta' Procedura inkluz l-ordni ghall-prezentazzjoni ta' l-eccezzjonijiet. L-elementi jew 'particulars' li ghandhom jinghataw fic-citazzjoni huma jew komuni ma' l-atti gudizzjarji l-ohra.

Zball fl-indikazzjoni ta' l-isem tal-konvenut ma jgibx in-nullita` ta' l-Avviz billi dan ma kienx dik il-"partikolarita` essenzjali" ta' l-att li trid il-ligi. Al piu`jista' jwassal ghal sitwazzjoni fejn il-gudikat moghti jkun ineffettiv ghal skop ta' ezekuzzjoni.Dak li hu cert hu li s-socjeta` appellanti ma rnexxilhiex tiskarika minn fuqha l-oneru li tipprova li l-att ta' l-avviz kien jonqsu verament xi partikolarita` essenzjali minn fost dawk li gew ezemplifikati fis-sentenza precitata.

Barra minn hekk, quddiem it-Tribunal ghal Talbiet Zghar il-proceduri huma intizi li jkunu spediti bil-minimu ta' informalita` u regoli procedurali. Jinghad espressament fis-subinciz 3 ta' l-Artikolu 9 ta' l-Att dwar it-Tribunal ghal Talbiet Zghar illi "ebda procediment quddiem it-Tribunal ma jkun invalidu minhabba fin-nuqqas ta' tharis ta' xi formalita` sakemmwiehed ikun mexa b' mod konformi kemm jista' jkun ma' l-Att jew mar-regoli maghmula tahtu". Mill-perspettiva ta' l-Att imsemmi zball fl-indikazzjoni tal-konvenut fl-Avviz, ma jwassalx lanqas ghal dik in-nullita ta' l-att promotur u ta' l-atti l-ohra sussegwenti. Dan mhux biss ghax din in-nullitamhix espressament komminata mil-ligi izda l-Att innifsu, f' kull kaz, jipprovdi ghas-salvazzjoni ta'l-att gudizzjarju, anke jekk dan ikun jippekka minn xi difett fil-formalita` tieghu;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info