Reference: 149/1999/1

Judgement Details


Date
01/07/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MAGRI IMHALLEF DR. ALBERTO GIUSEPPE ET vs AEROFLOT RUSSIAN INTERNATIONAL AIRLINES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - DISPARITA` BEJN L-AMMONT TA` KERA STIPULAT U FLEJJES PERCEPITI MILL-INKWILIN TAHT KUNTRATTI TA` SUB-INKWILINAT - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET GUSTI - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - SKEMA ARTIFICJALI
Summary
Biex twiegeb ghall-mistoqsija jekk il-kiri sarx 'taht kundizzjonijiet gusti ghall-finijiet ta' l-Artikolu 1530 tal-Kodici Civili, il-Qorti essenzjalment trid tara jekk bonus paterfamilias illi jkun sid tal-haga kienx jikriha fiz-zmien meta kriha l-uzufruttwarju taht dawk il-kundizzjonijiet. Jekk il-haga ma kienx jikriha li kieku kienet tieghu, ghax il-kundizzjonijiet ma jkunux ta' vantagg bizzejjed ghalih, mela ma ghandux jikriha meta hi ta' haddiehor u b'dawk il-kundizzjonijiet - li bihom ma kienx jorbot hwejgu - jorbot hwejjeg haddiehor.

Fil-verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-kirja kienux gusti jew le wiehed ried ihares lejn iz-zmien li fih tkun saret il-kirja: "kellha necessarjament tigi stabbilita b'ezami tac-cirkostanzi fattwali meta l-kunsens vinkolanti tal-kontraentifil-ftehim tal-kiri holoq ir-rabta kontrattwali li biha l-fond ikun gie lokat."

Il-gustizzjata' dawn il-kundizzjonijiet kellha temani mill-fatt illi kien obbligu ta' min kellu f'idejh proprjeta` b'titolu temporanju u kien qieghed jikkoncediha lit-terz b'titolu ta' kiri, b'mod li b'tali negozju seta' kien qed jorbot lis-successuri tieghu fit-titolu, illi jagixxi uti bonus pater familias uli jassigura li dak in-negozju ma jkunx pregudizzjevoli ghall-interessi ta' min kellu jissuccedih, f'dan il-kaz ta' l-atturi. Il-gustizzja tal-kundizzjonijiet kellha wkoll naturalment tkun inter aliarifless tan-natura tan-negozju, tar-rejaltajiet ekonomici ezistenti fil-mument meta dan jigi konkjuz, taz-zmien meta sar il-ftehim in relazzjoni ma' dak li fih il-lokatur kellu jgawdi l-fond, ta' l-istat ta' dritt li kien jezisti allura u li kien jirregola l-kiri tal-fond tax-xorta taht ezami u liiddefinielu l-potenzjal ekonomiku tieghu. Dan b'mod li wiehed ikun jista' jghid illi min kien qed izomm il-haga b'titolu temporanju kien, bil-ftehim, qieghed jaghmel att ta' amministrazzjoni gusta tal-proprjeta` li fl-ahhar mill-ahhar kienet ta' haddiehor.

Ghalhekk, filwaqt li kellhom ikunul-kriterji tangibbli, marbuta maz-zmien meta tkun saret il-kirja, li kellhom jiddeterminaw il-verifika tal-gustizzja tal-kundizzjonijiet li tahthom tkun saret il-kirja, l-apprezzament ta' dawk il-kriterji kien ghal kollox imholli f'idejn il-Qorti, apprezzament li kellu jkun wiehed oggettiv, kemm jista' jkun bazat fuq elementi fattwali, imma li mhux eskluz illi kien jinvolvi wkoll indagini soggettiva dwar l-elementi li jkunu iddeterminaw l-"idem placitum consensus" meta jkun gie finalizzat il-ftehim tal-kiri.

Il-gustizzja tal-kundizzjonijiet kellha allura tigi stabbilita minn ezami komplessiv tal-ftehim kollu tal-kiri u tal-kundizzjonijiet kollha li ghalihom ikun suggett. Il-ligi matorbotx il-gustizzja tal-kiri ma' xi element partikolari, bhall-quantum, jew id-dritt ta' sullokazzjoni, jew l-obbligu li jsiru benefikati. It-test veru kellu jkun fir-risposta ghad-domanda jekk il-ftehim, fil-komplessita` tieghu, kienx jitqies vantaggjuz mis-successur fit-titolu li kieku kien qedjaghmlu hu flok il-lokatur. Minn dan seta' jigi stabbilit jekk il-kirja kienitx taht kundizzjonijiet gusti jew ingusti. Dan ifisser ukoll li min kellu l-fond f'idejh b'titolu temporanju kellu fil-mument meta ikkonceda l-fond b'titolu ta' kera, jissalvagwardja mhux biss l-interessi tieghu, imma wkoll l-interessi tas-successuri tieghu fit-titolu. Naturalment sakemm dan kien umanament u ragonevolment possibbli u kredibbli u dejjem jekk kien il-hsieb tieghu li l-kuntratt ta' kiri li jkun ghamel kellu jorbot lis-sucessuri tieghu fit-titolu. Altrimenti kien liberu li jiddisponi kif ried minn dikli f'dak iz-zmien kienet proprjeta` tieghu, fis-sens li seta' jiddisponi minnha liberament favur terzi fil-limiti bil-ligi stabbiliti."

L-apprezzament dwar il-gustizzja tal-kundizzjonijiet huwaprimarjament wiehed fattwali, anke jekk indubbjament dan ghandu jsir fi sfond tal-principji tad-dritt applikabbli appena enuncjati.

Hawnhekk gie ritenut li skema li bih l-utilista (socjeta` kummercjali) lejn l-ahhar tal-koncessjoni enfitewtika kriet il-fond koncess lilha in enfitewsi lil socjeta` ohra u li fiha hi kienet azzjonista maggoritarja kien wiehed artificjali u ghalhekk il-Qorti ghazlet li ma tirrikonoxxihx. In oltre, l-Qorti qieset li fi kwalsijasi kaz dan l-iskema ma kienx maghmul taht kondizzjonijiet gusti ghaliex kien hemm disproporzjon qawwija bejnil-kera percepit mis-sidwara l-konsolidazzjoni tat-titolu u l-ammont ta` kera percepit mill-inkwilin minghad is-sub-inkwilini tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info