Reference: 50/2004/1

Judgement Details


Date
08/06/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRECH NOEL vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - PARZJALITA TAL GUDIKANT - QORTI TAL APPELL - QORTI TAL KOSTITUZZJONI - SMIGH XIERAQ
Summary
Ir-rikorrent qieghed jilmenta li nkiser il-jedd fondamentali tieghu ta' smigh xieraq waqt is-smigh ta' procedura kriminali li kienet ittiehdet kontra tieghu. Huwa jghid li l-ksur sehh ghaliex il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet sabitu hati ta' reat fuq appell imressaq mill-Avukat Generali minkejjali l-aggravju li fuqu kien imsejjes l-appell kien gie rtirat mill-istess appellant.

Din il-Qorti hija moghtija s-setgha li, f'kaz ta' ilment dwar ksur tad-dritt fondamentali tal-persuna ghal smigh xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, tistharreg l-imgiba ta' kull Qorti ohra, imqarjekk tkun wahda gerarkikament oghla minnha. Izda din is-setgha wiesgha hija limitata fis-sens li l-Qrati ta' gurisdizzjoni kostituzzjonali m'ghandhomx iqisu jekk il-Qrati mixlija bi ksur ta' jedd ta'smigh xieraq ikkommettewx zball ta' ligi jew ta' fatt fid-decizjonijiet taghhom. Hija setgha limitata biex tqis jekk il-procediment li minnu tressaq ilment ta' nuqqas ta' smigh xieraq kienx tassew wiehed imparzjali u “skond il-ligi”.

L-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni li fuqu r-rikorrent isejjes l-ilment tieghu jistabilixxi r-regola bazilari li kull persuna mixlija b'reat kriminali ghandhatigi moghtija smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi, kemm-il darba l-akkuza ma tigix irtirata. L-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, li r-rikorrent ukoll isejjah favurih fl-ilment imressaq minnu, fl-ewwel sentenza tal-ewwel sub-inciz tieghu, juza l-istesskliem, imma jestendi r-regola tas-smigh xieraq ghal procedimenti li jiddeterminaw xi jedd civili.

Ghalkemm l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni ma jiggarantix jedd ta' appell minn sentenza tal-ewwel grad, jekk kemm-il darba Stat jaghzel li jinkorpora tali jedd fis-sistema guridiku tieghu, allura l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni japplika ghal dik il-Qorti wkoll. Meta wiehed jigi biex iqis kif japplikal-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni b'rabta ma' Qorti fi grad tal-Appell, iridu tabilfors jitqiesu l-fatturi processwali partikolari tal-kaz, b'mod illi biex wiehed jiddetermina jekk kienx hemm ksur tal-jedd ta' smigh xieraq, wiehed irid iqis il-process kollu kemm hu, maghduda maghhom l-imgiba tal-Qortili tkun u kif ukoll ta' kif l-interessi tal-persuna mixlija kienu mressqa u mharsin mill-istess qorti. Minbarra dan, biex jista' jinghad li jkun tassew sehh ksur tal-artikolu 6 fl-ambitu ta' procediment kriminali, irid jintwera (minn min jallega tali ksur) “pregudizzju attwali” mgarrab mid-difizali jolqot b'mod irrimedjabbli il-kaz taghha.

Meta quddiem il-Qrati Maltin tqanqlet il-kwestjoni tal-parzjalita' ta' gudikant bhala okkazjoni ta' ksur ta' jedd ghal smigh xieraq, kellu jintweraghas-sudisfazzjon ta' din il-Qorti li, fil-kaz partikolari, jkunu jirrizultaw flimkien zewg kwalitajiet ta' parzjalita', jigifieri dik suggettiva u dik oggettiva. B'tal-ewwel, wiehed jifhem id-dispozizzjoni u konvinciment partikolari tal-gudikant li jkun, u, b'tat-tieni, jekk il-gudikant li jkun kienx jaghti garanziji bizzejjed li jnehhi kull dubju legittimu li l-konvinciment personali tieghu fil-kaz ma kienx wiehed suspett. Minhabba li tezisti l-presunzjoni li gudikant huwa imparzjali sakemmma jintweriex mod iehor, min jallega l-parzjalita' ta' gudikant irid jipprova tali parzjalita' fil-fatt u mhux biss iqanqal dubju legittimu b'inferenza jew semplici bizgha.

Huwa stabilit li l-fatt li l-Avukat Generali jkollu dritt “generali” jew “awtomatiku” ta' appell ma jehlisx lill-istessappellant milli jispecifika u jfisser ir-ragunijiet tal-appell tieghu. Minbarra f'hekk, hekk kif jigu specifikati r-ragunijiet li fuqhom jinbena l-appell, “l-appellant ikun marbut b'dik ir-raguni jewb'dawk ir-ragunijiet fis-sens li tkun biss dik ir-raguni jew dawk ir-ragunijiet li jistghu jigu konsidrati mill-Qorti tal-Appell, salv, naturalment, aggravju jew aggravji li jistghu jitqiesu li huma komprizi u involuti fl-aggravju jew fl-aggravji kif specifikati”. Minbarra dan, aggravju generali ta' appell jitqies bhala “devoluttiv ta' aggravji ohra li jista' jkun ma jkunux gew specifikati fir-rikors tal-appell u li tqajjmu fit-trattazzjoni orali. Purche' l-parti l-ohra jkollha l-opportunita'li tittratta fi zmien utli wara li tkun ippreparat ruhha ghal tali aggravju gdid, m'hemm xejn xi jzomm lill-Qorti (tal-Appell) milli tinvesti l-istess aggravju u tiddecidih”.

Jekk il-Qorti tal-Appell Kriminali kellha timxi ma' dak li gie verbalizzat waqt is-smigh tal-14 ta' Ottubru, 2004, kien fadlilha biss l-aggravju taht l-artikolu 413(1)(b)(iii) x'tistharreg, sewwasew dak l-artikolu li hija qalet li l-Avukat Generali ma setax jappella tahtu. Minflok, hija qalbet l-ordni tal-aggravji kif imsemmija fir-rikors tal-appell tal-Avukat Generali. Dan il-fatt igib konflitt bejn dak li gie verbalizzat u dak li gie deliberat fis-sentenza impunjata.

Il-Qrati taghna, f'materja ta' smigh xieraq, zammew li “mhux kull zball procedurali fi proceduri kriminali igib, bhala konsegwenza, lima jkunx hemm smigh xieraq. Biex wiehed jasal ghal din il-konkluzjoni, dak l-izball irid ikun talili pogga lill-akkuzat fi zvantagg b'mod li ma setax jaghmel id-difiza tieghu kif suppost, kif ukollli dak l-izball, jew il-konsegwenza tieghu, ikun incida b'mod sostanzjali biex l-akkuzat ikun instabhati. Minn dak li jirrizulta minn dawn il-konsiderazzjonijiet, jidher li sehh zball li ma kienx fis-setgha tar-rikorrent Grech li jikkontrolla jew jirranga qabel ma nghatat is-sentenza impunjata, uwkoll li gabu fi zvantagg. Fuq kollox, kien zball li ghalih ir-rikorrent garrab tgharriq fil-qaghdatieghu mill-piena li kien inghata mill-ewwel Qorti.

Ghal din il-Qorti, tali zball jikkostitwixxi kaz ta' ksur tal-jedd tar-rikorrent ghal smigh xieraq kif mahsub kemm taht l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u kif ukoll taht l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni. Ghaldaqstant, din il-Qorti qeghda tiddikjara li r-rikorrent garrab ksur tal-jedd tieghu ta' smigh xieraq, u dan wara li l-Avukat Generali kien irtira wiehed mill-aggravji mressqin minnu fl-appell minnu interpost; u tordna t-thassir tal-imsemmija sentenza u t-tqeghid tar-rikorrent fl-istat li kien meta nghatat is-sentenza tal-Qorti tal-Magistrati ta' Malta bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali tal-15 ta' Lulju, 2004; filwaqt li tikkundanna lill-intimati jhallsu l-ispejjez ta' din il-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info