Reference: 62/2001/1

Judgement Details


Date
01/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBONO CYNTHIA ET vs TANTI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MHUX PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI
Summary
Il-ligi specjali fl-Artikolu 9 (a) tal-Kapitolu 69 taghti l-fakolta lis-sid li jitlob illi jiehu lura l-fond jekk "ikun ghamel hsara hafna fil-fond";

Issa, imbaghad, in linea ta' principju jezisti wkoll l-obbligu taht il-ligi komuni li ma jsirux modifikazzjonijiet fil-haga mikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera (Artikolu 1564, Kodici Civili). Ankorke` ma kienx hemm disposizzjoni partikulari bhal din xorta wahda jibqa' l-obbligu legali taht l-Artikolu 1554 ta' l-istess Kodici Civiliimpost lill-kerrej li jgawdi l-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja u skond l-uzu miftiehemjew prezunt.

Jidher minn skorta ta' sentenzi illi l-precitat Artikolu 1564 tal-Kapitolu 16gie temprat sew fuq l-insenjament ta' l-awturi bhala Pacifici Mazzoni u l-Laurent. Dan fis-sens illi gie zviluppat il-principju illi l-kerrej jista' jaghmel alterazzjonijiet basta jkunu parzjali u mhux ta' importanza kbira, ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-fond, ma jippregudikawx id-drittijiet tas-sid u meta l-alterazzjonijiet ikunu necessarji jew utili ghad-dgawdija tal-post u l-fond jista' jigiripristinat kif kien qabel meta tispicca l-lokazzjoni.

Biex wiehed jara x' modifikazzjonijiet huma legittimi jew le ghandu jhares lejn ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz. Pero` il-konduttur ma jkunx jista' jaghmel lanqas dawn il-modifikazzjonijiet jekk il-kuntratt tal-lokazzjoni jevvietahomlu.

Gie ritenut "illi l-ftuh ta' bieb f' hajt divizorju biex fond mikri ghand l-inkwilin jigikomunikat ma' fond iehor mikri ghand l-istess inkwilin u ta' proprjeta` ta' l-istess sid, ma kienxhaga li l-inkwilin ma setax jaghmel". Dan ighodd ukoll bhal f' dan il-kaz fejn il-fond l-iehor jappartjeni bi proprjeta` lill-istess inkwilin;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info