Reference: 5/2004/1

Judgement Details


Date
24/11/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
VELLA BRIAN vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
Ir-rikorrent kien akkuzat quddiem il-Qorti Kriminali b'akkuzi konnessi ma' serq kwalifikat bil-vjolenza (omicidju volontarju) fost akkuzi ohra u dana fil-guri fl-ismijiet “Ir-Repubblika ta' Malta vs Brian Vella”. Fil-mori tal-proceduri ntaghzlu l-gurati, saret ir-rikuzatorja tal-intimat Avukat Generali u bdew jinstemghu x-xhieda tal-prosekuzzjoni.

Il-process penali u l-guri ta' l-imsemmiko-awtur Domnic Bonnici ghadu sub-judice u l-guri tieghu kien ghadu f'dan l-istadju mhux appuntat.Waqt li l-intimat Kummissarju tal-Pulizija beda jirrakkonta x'qallu Bonnici d-difiza tar-rikorrent oggezzjonat ghal tali xhieda u dana peress illi dak li rrakkonta haddiehor lil xhud kien jikkostitwixxi “hearsay evidence” u ghalhekk ma kienx ammissibbli bhala prova. Nonostante l-oggezzjoni tad-difiza, il-Qorti Kriminali kif presjeduta ghazlet li minflok twaqqaf ix-xhud u tordnalu jixhed biss fuqfatti li jaf huwa.

Ir-rikorrent irritjena li d-decizjoni tal-Qorti Kriminali meta xoljiet il-guri tieghu fid-digriet tal-4 ta' Frar 2004, kienet wahda li tmur kontra d-dritt Kostituzzjonali ta' smiegh xieraq u dana peress illi max-xoljiment, ir-rikorrent seta' sab ruhu f'sitwazzjoni fejn ix-xhud tal-prosekuzzjoni Domnic Bonnici kien seta' jigi prodott bhala xhud tal-prosekuzzjoni u dana peress li gie sorvolat l-impediment li jezisti ai termini tal-artikolu 636(a)(b). Jekk ikunx hemm jewle decizjoni finali fil-konfront ta' Bonnici ma hijiex xi haga li hija fil-kontroll tar-rikorrent.

Inoltre, r-rikorrenti sostna ukoll illi waqt il-process tieghu, huwa sofra pregudizzju u danaperess illi sezzjonijiet tal-media, kemm tal-istampa u kif ukoll il-viziv, ikkummentaw bi prominenza dwar dak li xehed il-Kummissarju Rizzo u dana anke meta wiehed iqis li l-guri tar-rikorrent kien ser jerga' jsir u kellhom jergghu jintghazlu gurati godda li jkunu influenzati b'dak li gie rappurtat.

Skond ir-rikorrent, l-uniku rimedju sabiex jigi garantit li jkun hemm smiegh xieraq kif jitlob l-artikolu 39 tal-Kostituzjoni ta' Malta u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-DrittijietFundamentali tal-Bniedem, huwa li r-rikorrent, meta jergghu jibdew il-proceduri tieghu (i.e. re-trial), jerga' jitpogga fl-istess stat li kien fih qabel, fis-sens illi x-xhud Domnic Bonnici ma jkunx producibbli bhala xhud.

Ir-rikorrent talab lill-Qorti tal-Prim'Awla (Sede Kostituzjonali) sabiex tiddikjara li l-agir tal-intimati fil-konfront tar-rikorrent jikkostitwixxi ksur tal-Kostituzzjoni ta' Malta partikolarment l-art. 39 u d-disposizzjonijiet tal-Att Nru. XIV tal-1987 dwar smiegh xieraq u dana peress illi l-guri fl-ismijiet “Repubblika ta' Malta vs Brian Vella” ma kellu qatt jigi xolt u fit-tieni lok il-Qorti tordna li meta jerga' jigi ri-appuntat il-guri tar-rikorrent, fi zmienxieraq u ragonevoli, ix-xhud Domnic Bonnici jibqa' mhux producibbli bhala xhud u dana sabiex ir-rikorrent jibqa' fl-istess sitwazzjoni legali li kien jinsab fiha sal-4 ta' Frar 2004, meta l-process tieghu gie ex-ufficju xolt, erronjament. Il-Qorti ghandha wkoll tiehu dawk il-provvedimenti xierqa uopportuni fic-cirkostanzi.

L-akkuzat elenka numru ta' eccezzjonijiet. L-ewwel eccezzjoni preliminari hija li r-Registratur tal-Qorti u l-Kummissarju tal-Pulizija mhumiex il-legittimi kontraditturi, u gew ingunti inutilment u, ghalhekk, ghandhom jigu liberati bl-ispejjez kontra r-rikorrent.

Permezz tal-Att XXIV tal-1995 gie introdott l-artikolu gdid 181 B. Dan jispecifika min ghandujirraprezenta l-Istat fi proceduri fil-Qrati b‘mod specifiku u fis-subinciz (1) jghid li:
“(1) Il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-Dipartiment tal-Gvern li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni.
(2) L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvernf'dawk l-atti u l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern.”

Ir-Registratur tal-Qrati ma kellu ebda kontroll fuq dawk il-proceduri partikolari u inqas ma kien involut b'ximod fil-materja fil-mertu tar-rikors promotur. Hu ben risaput li l-Gudikatura hi organu indipendentimill-Ezekuttiv u hu f'dan is-sens mela li jekk id-dewmien lamentat mir-rikorrent hu attribwibbli ghall-operat tal-Qorti allura r-Registratur tal-Qorti, li hu biss inkarikat mill-amministrazzjoni tal-Qrati u mhux ukoll mill-operat tal-gudikant, ma jistax hawnhekk ikun legittimu kontradittur. Kienghalhekk li dik il-Qorti lliberat lir-Registratur tal-Qrati mill-osservanza tal-gudizzju .

Mhux funzjoni ordinarja tar-Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Notarili li jipprovdi post fejn jistghu jinhaznu d-dokumenti notarili. Jekk xejn, il-lanjanza tar-rikorrent dwar id-dewmien li qed jiltaqa' mieghu biex id-dokumenti jittiehdu mill-fond li jappartjeni lilu u jinhaznu band'ohra ghandha tkun diretta kontra l-kap tad-dipartiment li bil-ligi jrid jahseb ghal tali eventwalita`.

In kwantu l-lanjanzi tar-rikorrent huma diretti kontra l-operat tal-Imhallef u tal-Inventarjanttal-atti tal-imsemmi Nutar, ladarba dawn huma indipendenti mill-intimat u ma johdux ordnijiet minghandu izda jigri proprju l-kuntrarju, l-intimat odjern ma ghandux kontroll fuq l-operat taghhom u li xi nuqqas allegat fil-konfront taghhom, ma ghandux jirrispondi quddiem il-Qrati ghalih l-intimat.

Fid-dawl tal-emendi ghall-Art. 181 ta-Kap. 12, jidher b'mod car li l-eccezzjoni preliminari tal-intimat Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Nutarili, li hu mhux il-legittimu kontradittur f'dawn il-proceduri hija fondata, u ghalhekk qed tigi milqugha.

Bl-istess mod jinghad li l-ilment fir-rikors odjern ma humiex diretti versu l-operat tar-Registratur tal-Qorti izda kontra daktal-Imhallef u kontra l-Kummissarju tal-Pulizija. Ghall-istess motivi l-Qorti tillibera lill-Registratur tal-Qorti mill-osservanza tal-gudizzju bl-ispejjez kollha kontra r-rikorrent.

2. L-intimati isostni ukoll li r-rikorrent intavola appell quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali mid-Digriet tal-Qorti Kriminali li qieghed jattakka b'dan ir-rikors, u stante li minn dana stess jidher illi hu ghandu disponibbli mezzi xierqa biex iressaq il-lanjanzi tieghu bi proceduri ordinarji, dina l-Onorabbli Qorti hi mistiedna tezercita d-diskrezzjoni taghha skond il-proviso tal-artikolu 46(e) tal-Kostituzzjoni u tal-artikolu 4(2) tal-Kapitolu 319 u tiddeklina li tkompli tiehu konjizzjoni tar-rikors odjern. jinghad li fis-seduta tad-9 ta' Frar 2004 gie verbalizzat li “Dr Edward Gatt jirrileva lib'riferenza ghat-tieni eccezzjoni tal-intimat li fil-fatt ma hemmx appell pendenti quddiem il-Qortita' l-Appell stante li n-nota tal-Appell li giet prezentata ma gietx segwita bir-rikors opportun;in vista ta' dan l-intimat l-Avukat Generali ma jinsistix fuq din l-eccezzjoni. ” Ghalhekk il-Qortima ghandhiex aktar tali eccezzjoni quddiemha, ghalkemm dejjem ghandha d-dritt li jekk jidhrilha opportun tissoleva l-punt hi stess dejjem taht il-proviso tal-artikolu 46 (2) u mhux kif indikat mir-rikorrent.

It-tielet eccezzjoni tal-intimati tghid li: “fil-mertu, l-allegazzjoni tar-rikorrentilli d-digriet tal-Onorabbli Qorti Kriminali tal-4 ta' Frar, 2004, kiser, qieghed jikser jew jista'jikser id-drittijiet tieghu ghal smiegh xieraq, hija wahda infondata fil-fatt u fid-dritt, u t-talbiet tar-rikorrent ghandhom jigu respinti bl-ispejjez kontra tieghu.”

Il-Qorti ma ssibx li bix-xoljiment tal-guri inkisru d-drittijiet tar-rikorrent ghal smiegh xieraq u f' dan ir-rigward tilqa't-tielet eccezzjoni.

Fl-istess tielet eccezzjoni taghhom l-intimati cahdu l-allegazzjoni tar-rikorrent bhala wahda infondata fil-fatt u fid-dritt li jista' jinkiser xi dritt tas-smiegh xieraqtar-rikorrent. il-Qorti jkollha bil-fors tikkummenta li hi ma tista' qatt tasal u ticcensura li makienx hemm smiegh xieraq fuq xi haga li trid issir fil-futur. Il-kwistjoni jekk Dominic Bonnici jixhedx jew le hija haga li certament m' ghandhiex tkun haga li f' dan l-istadju tigi ezaminata minn din il-Qorti u dan propju ghax il-kwistjoni ghadha fil-verita` ma tezistix ghalkemm possibbli u fi kwalunkwe kaz certament li hu applikabbli dak li jsemmi l-proviso tas-sub-artikolu 2 tal-artikolu 46, ghax hija haga li ghandha titqajjem fil-Qorti Kriminali u semmai ir-rikorrent ikollu dritt ta' appellminn tali decizjoni, izda li din il-Qorti m' ghandhiex certament s' issa tindahal fiha. Ghalhekk tilqa' t-tielet eccezzjoni taht dan l-aspett ukoll.

Stante li l-Qorti laqghet it-tielet eccezzjoni tal-intimati mhux il-kaz aktar li tezamina l-eccezzjonijiet l-ohra tal-intimati. Ghaldaqstant it-talba tar-rikorrent giet michuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info