Summary
Ir-rikorrent kien akkuzat quddiem il-Qorti Kriminali b'akkuzi konnessi ma' serq kwalifikat bil-vjolenza (omicidju volontarju) fost akkuzi ohra u dana fil-guri fl-ismijiet Ir-Repubblika ta' Malta vs Brian Vella. Fil-mori tal-proceduri ntaghzlu l-gurati, saret ir-rikuzatorja tal-intimat Avukat Generali u bdew jinstemghu x-xhieda tal-prosekuzzjoni.
Il-process penali u l-guri ta' l-imsemmiko-awtur Domnic Bonnici ghadu sub-judice u l-guri tieghu kien ghadu f'dan l-istadju mhux appuntat.Waqt li l-intimat Kummissarju tal-Pulizija beda jirrakkonta x'qallu Bonnici d-difiza tar-rikorrent oggezzjonat ghal tali xhieda u dana peress illi dak li rrakkonta haddiehor lil xhud kien jikkostitwixxi hearsay evidence u ghalhekk ma kienx ammissibbli bhala prova. Nonostante l-oggezzjoni tad-difiza, il-Qorti Kriminali kif presjeduta ghazlet li minflok twaqqaf ix-xhud u tordnalu jixhed biss fuqfatti li jaf huwa.
Ir-rikorrent irritjena li d-decizjoni tal-Qorti Kriminali meta xoljiet il-guri tieghu fid-digriet tal-4 ta' Frar 2004, kienet wahda li tmur kontra d-dritt Kostituzzjonali ta' smiegh xieraq u dana peress illi max-xoljiment, ir-rikorrent seta' sab ruhu f'sitwazzjoni fejn ix-xhud tal-prosekuzzjoni Domnic Bonnici kien seta' jigi prodott bhala xhud tal-prosekuzzjoni u dana peress li gie sorvolat l-impediment li jezisti ai termini tal-artikolu 636(a)(b). Jekk ikunx hemm jewle decizjoni finali fil-konfront ta' Bonnici ma hijiex xi haga li hija fil-kontroll tar-rikorrent.
Inoltre, r-rikorrenti sostna ukoll illi waqt il-process tieghu, huwa sofra pregudizzju u danaperess illi sezzjonijiet tal-media, kemm tal-istampa u kif ukoll il-viziv, ikkummentaw bi prominenza dwar dak li xehed il-Kummissarju Rizzo u dana anke meta wiehed iqis li l-guri tar-rikorrent kien ser jerga' jsir u kellhom jergghu jintghazlu gurati godda li jkunu influenzati b'dak li gie rappurtat.
Skond ir-rikorrent, l-uniku rimedju sabiex jigi garantit li jkun hemm smiegh xieraq kif jitlob l-artikolu 39 tal-Kostituzjoni ta' Malta u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-DrittijietFundamentali tal-Bniedem, huwa li r-rikorrent, meta jergghu jibdew il-proceduri tieghu (i.e. re-trial), jerga' jitpogga fl-istess stat li kien fih qabel, fis-sens illi x-xhud Domnic Bonnici ma jkunx producibbli bhala xhud.
Ir-rikorrent talab lill-Qorti tal-Prim'Awla (Sede Kostituzjonali) sabiex tiddikjara li l-agir tal-intimati fil-konfront tar-rikorrent jikkostitwixxi ksur tal-Kostituzzjoni ta' Malta partikolarment l-art. 39 u d-disposizzjonijiet tal-Att Nru. XIV tal-1987 dwar smiegh xieraq u dana peress illi l-guri fl-ismijiet Repubblika ta' Malta vs Brian Vella ma kellu qatt jigi xolt u fit-tieni lok il-Qorti tordna li meta jerga' jigi ri-appuntat il-guri tar-rikorrent, fi zmienxieraq u ragonevoli, ix-xhud Domnic Bonnici jibqa' mhux producibbli bhala xhud u dana sabiex ir-rikorrent jibqa' fl-istess sitwazzjoni legali li kien jinsab fiha sal-4 ta' Frar 2004, meta l-process tieghu gie ex-ufficju xolt, erronjament. Il-Qorti ghandha wkoll tiehu dawk il-provvedimenti xierqa uopportuni fic-cirkostanzi.
L-akkuzat elenka numru ta' eccezzjonijiet. L-ewwel eccezzjoni preliminari hija li r-Registratur tal-Qorti u l-Kummissarju tal-Pulizija mhumiex il-legittimi kontraditturi, u gew ingunti inutilment u, ghalhekk, ghandhom jigu liberati bl-ispejjez kontra r-rikorrent.
Permezz tal-Att XXIV tal-1995 gie introdott l-artikolu gdid 181 B. Dan jispecifika min ghandujirraprezenta l-Istat fi proceduri fil-Qrati bmod specifiku u fis-subinciz (1) jghid li:
(1) Il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-Dipartiment tal-Gvern li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni.
(2) L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvernf'dawk l-atti u l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern.
Ir-Registratur tal-Qrati ma kellu ebda kontroll fuq dawk il-proceduri partikolari u inqas ma kien involut b'ximod fil-materja fil-mertu tar-rikors promotur. Hu ben risaput li l-Gudikatura hi organu indipendentimill-Ezekuttiv u hu f'dan is-sens mela li jekk id-dewmien lamentat mir-rikorrent hu attribwibbli ghall-operat tal-Qorti allura r-Registratur tal-Qorti, li hu biss inkarikat mill-amministrazzjoni tal-Qrati u mhux ukoll mill-operat tal-gudikant, ma jistax hawnhekk ikun legittimu kontradittur. Kienghalhekk li dik il-Qorti lliberat lir-Registratur tal-Qrati mill-osservanza tal-gudizzju .
Mhux funzjoni ordinarja tar-Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Notarili li jipprovdi post fejn jistghu jinhaznu d-dokumenti notarili. Jekk xejn, il-lanjanza tar-rikorrent dwar id-dewmien li qed jiltaqa' mieghu biex id-dokumenti jittiehdu mill-fond li jappartjeni lilu u jinhaznu band'ohra ghandha tkun diretta kontra l-kap tad-dipartiment li bil-ligi jrid jahseb ghal tali eventwalita`.
In kwantu l-lanjanzi tar-rikorrent huma diretti kontra l-operat tal-Imhallef u tal-Inventarjanttal-atti tal-imsemmi Nutar, ladarba dawn huma indipendenti mill-intimat u ma johdux ordnijiet minghandu izda jigri proprju l-kuntrarju, l-intimat odjern ma ghandux kontroll fuq l-operat taghhom u li xi nuqqas allegat fil-konfront taghhom, ma ghandux jirrispondi quddiem il-Qrati ghalih l-intimat.
Fid-dawl tal-emendi ghall-Art. 181 ta-Kap. 12, jidher b'mod car li l-eccezzjoni preliminari tal-intimat Registratur tal-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Nutarili, li hu mhux il-legittimu kontradittur f'dawn il-proceduri hija fondata, u ghalhekk qed tigi milqugha.
Bl-istess mod jinghad li l-ilment fir-rikors odjern ma humiex diretti versu l-operat tar-Registratur tal-Qorti izda kontra daktal-Imhallef u kontra l-Kummissarju tal-Pulizija. Ghall-istess motivi l-Qorti tillibera lill-Registratur tal-Qorti mill-osservanza tal-gudizzju bl-ispejjez kollha kontra r-rikorrent.
2. L-intimati isostni ukoll li r-rikorrent intavola appell quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali mid-Digriet tal-Qorti Kriminali li qieghed jattakka b'dan ir-rikors, u stante li minn dana stess jidher illi hu ghandu disponibbli mezzi xierqa biex iressaq il-lanjanzi tieghu bi proceduri ordinarji, dina l-Onorabbli Qorti hi mistiedna tezercita d-diskrezzjoni taghha skond il-proviso tal-artikolu 46(e) tal-Kostituzzjoni u tal-artikolu 4(2) tal-Kapitolu 319 u tiddeklina li tkompli tiehu konjizzjoni tar-rikors odjern. jinghad li fis-seduta tad-9 ta' Frar 2004 gie verbalizzat li Dr Edward Gatt jirrileva lib'riferenza ghat-tieni eccezzjoni tal-intimat li fil-fatt ma hemmx appell pendenti quddiem il-Qortita' l-Appell stante li n-nota tal-Appell li giet prezentata ma gietx segwita bir-rikors opportun;in vista ta' dan l-intimat l-Avukat Generali ma jinsistix fuq din l-eccezzjoni. Ghalhekk il-Qortima ghandhiex aktar tali eccezzjoni quddiemha, ghalkemm dejjem ghandha d-dritt li jekk jidhrilha opportun tissoleva l-punt hi stess dejjem taht il-proviso tal-artikolu 46 (2) u mhux kif indikat mir-rikorrent.
It-tielet eccezzjoni tal-intimati tghid li: fil-mertu, l-allegazzjoni tar-rikorrentilli d-digriet tal-Onorabbli Qorti Kriminali tal-4 ta' Frar, 2004, kiser, qieghed jikser jew jista'jikser id-drittijiet tieghu ghal smiegh xieraq, hija wahda infondata fil-fatt u fid-dritt, u t-talbiet tar-rikorrent ghandhom jigu respinti bl-ispejjez kontra tieghu.
Il-Qorti ma ssibx li bix-xoljiment tal-guri inkisru d-drittijiet tar-rikorrent ghal smiegh xieraq u f' dan ir-rigward tilqa't-tielet eccezzjoni.
Fl-istess tielet eccezzjoni taghhom l-intimati cahdu l-allegazzjoni tar-rikorrent bhala wahda infondata fil-fatt u fid-dritt li jista' jinkiser xi dritt tas-smiegh xieraqtar-rikorrent. il-Qorti jkollha bil-fors tikkummenta li hi ma tista' qatt tasal u ticcensura li makienx hemm smiegh xieraq fuq xi haga li trid issir fil-futur. Il-kwistjoni jekk Dominic Bonnici jixhedx jew le hija haga li certament m' ghandhiex tkun haga li f' dan l-istadju tigi ezaminata minn din il-Qorti u dan propju ghax il-kwistjoni ghadha fil-verita` ma tezistix ghalkemm possibbli u fi kwalunkwe kaz certament li hu applikabbli dak li jsemmi l-proviso tas-sub-artikolu 2 tal-artikolu 46, ghax hija haga li ghandha titqajjem fil-Qorti Kriminali u semmai ir-rikorrent ikollu dritt ta' appellminn tali decizjoni, izda li din il-Qorti m' ghandhiex certament s' issa tindahal fiha. Ghalhekk tilqa' t-tielet eccezzjoni taht dan l-aspett ukoll.
Stante li l-Qorti laqghet it-tielet eccezzjoni tal-intimati mhux il-kaz aktar li tezamina l-eccezzjonijiet l-ohra tal-intimati. Ghaldaqstant it-talba tar-rikorrent giet michuda.