Reference: 506/2002/1

Judgement Details


Date
14/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
AZZOPARDI REV. PATRI FRANGISKU ET vs CAUCHI MARIA HILDA SIVE HILDA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
EZEKUTUR TESTAMENTARJU, RESPONSABBLI SABIEX JEZEGWIXXI L-IMMISSJONI FIL-PUSSESS - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - PRESKRIZZJONI, DETENTUR MA JISTAX JINVOKA L-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA TA` GHAXAR SNIN - PRESKRIZZJONI, INTERVERSIO POSSESSIONIS - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI DECENNALI FIL-KAZ TA` AZZJONI LI TIRRIGWARDA GID LI GEJ MINN WIRT - NATURA AKKWIZITTIVA - SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS HIJA DOVER TA` L-EZEKUTUR TESTAMENTARJU - SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS TA` LEGAT - NATURA TA` - SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS TA` LEGAT - POSIZZJONI TAL-LEGATARJU QABEL MA SSEHH - SUCCESSJONI, LEGAT TA` HWEJJEG TA` HADDIEHOR - META T-TESTMENT MA JINDIKAHX BHALA TALI - SUCCESSJONI, META TESTMENT IKUN JIKKONTJENI LEGATI BISS - SUCCESSJONI, RINUNZJA GHALL-EREDITA` - EBDA INTERESS FIL-KAWZI ISTITWITI KONTRA D-DE CUIUS - TESTMENT, META JKUN JIKKONTJENI LEGATI BISS
Summary
Hu possibbli li f'testment, li t-testatur ma jipprocedix ghall-istituzzjoni ta' eredi, izda jista' biss jiddisponi minn gidu b'legati.

Skond l-artikolu 726 tal-Kodici Civili, il-legatarju ghandu jitlob lill-werriet il-pussess tal-haga imhollija legat; f'kaz, li ma jkunx hemm werriet, il-pussess irid jintalab minghand l-ezekutur testamentarju, li, fost l-obbligi tieghu, hemm dak li "ihallasil-legati" (artikolu 771). L-ezekutur testamentarju huma obbligat iwettaq ix-xewqa tat-testatrici,u fost dawk id-doveri ghandu l-obbligu li jpoggi lill-legatarju fil-pussess tal-legat.

Meta hemm nominat ezekutur testamentarju biex jezegwixxi l-volonta' tat-testatur, hu intuwittiv li wahda mill-inkombenzi tal-ezekutur tkun dik li jaghti l-pussess tal-legat lill-legatarju.

Il-proprjeta' libera tal-legat tappartjeni lill-legatarju sa mill-gurnata tal-mewt tat-testatur, tant illi l-istess legatarju huwa paragunat bhala "kreditur" tal-wirt. Bhala "kreditur", l-oggett ma jkunx f'idejh qabel ma jinghata pussess tal-oggett tal-kreditu. L-immissjoni fil-pussess tal-legat hija "c-cavetta" ta' l-istitut kollu. L-immissjoni fil-pussess tista' tinghata jew espressament jew tacitament,u jinghad li hemm immissjoni fil-pussess tacita, meta l-legatarju jiehu pussess materjali ta' l-oggett u l-eredi ma jaghmilx oppozizzjoni.

Legatarju ta' fond immobbli m'ghandu ebda interess guridiku biex jizgombra l-okkupant, qabel ma jkun immess fil-pussess tal-legat. Sakemm ma jottjeniexminghand l-eredi (jew l-ezekutur testamentarju) ir-rilaxx tal-oggett legat, il-legatarju ma jistghaxjiehu pussess ta' dak il-legat. Qabel ma jottjeni dan ir-rilaxx, il-legatarju jkun proprjetarju, izda d-dritt tieghu ta' proprjeta' jkun dritt astratt, fis-sens li ma jkollux il-jedd li jezercitah.Id-dritt tal-legat hu dritt ta' proprjeta', izda jibqa' dritt incert u suggett ghall-kontestazzjonisakemm ma jigix immiss fil-pussess.

Zgur li l-ligi riedet illi l-legatarju, anke jekk isir effettivament proprjetarju tal-legat fil-mument tal-mewt tat-testatur, m'ghandux id-disponibilita' shiha ta' l-oggett lilu legat sakemm ma jigix immess fil-pussess tieghu mill-werrieta, li min naha taghhom, sa dak il-mument, ma jistghux jiddisponu minnu proprju ghalhiex ikun thalla lil haddiehor. Huproprju ghalhekk li l-legatarju ma jistax jezercita l-azzjoni rivendikatoria kontra terzi pussessuri tal-fond li jifforma l-oggett legat qabel ma jkun gie immiss fil-pussess tieghu.

Dan premess, ma jfissirx li legatarju, sakemm jinghata l-pussess tal-legat, ma jista' jaghmel xejn biex jikawtela l-interessi tieghu. Legatarju li ma jkunx ghadu nghata pussess tal-oggett tal-legat jista' jitqies bhala kreditur li ghandu l-kreditu tieghu soggett ghall-kundizzjoni suspensiva, cioe', li tiddependi minn grajja li ghad trid tigri (l-immissjoni fil-pussess). Issa, skond l-artikolu 1062 tal-Kodici Civili, kreditur jista', qabel ma ssehh il-kondizzjoni, jaghmel l-atti kollha mehtiega "biex izomm shah il-jeddijiet tieghu".

Il-preskrizzjoni ta' ghaxar snin f'kaz ta' eredita' hija ta' indoli akkwisittiva, u hija bazata fuq l-esklussivita' tal-pussess; ghalhekk il-pussess komuni ereditarju huwa ta' ostakolu ghall-kors ta' kwalunkwe preskrizzjoni ta' azzjoni simili.

Inkwilin ghandu biss detenzjoni u mhux pussess u dan, allura, ma jista' qatt iwassal ghall-akkwist tal-fond bil-preskrizzjoni. Inoltre, meta jkun hemm ezekutur testamentarju, il-pussess tal-oggetti formanti parti mill-wirt ikunu f'idejh ghalkemm ma jkunx qed izommhom bhala tieghu, u kwindi f'dawn ic-cirkustanzi ma jkun hemm hadd li jkollu l-pussess esklussiv tal-oggetti: mhux il-werrieta jew min ikun fil-fond, ghax dawn ma jkollhomx pussess formali tal-proprjeta', u mhux l-ezekutur testamentarju, ghax il-pussess li dan ikollu tal-proprjeta' ma tkunx animo domini.

Meta t-testatur ghandu biss partimill-proprjeta' mhollija b'legat, jew inkella dritt fuq l-istess, il-legat huwa biss validu ghal dikil-parti li kienet tappartjeni lit-testatur sakemm ma jinghadx espressament li l-legat kien jirreferi ghal hwejjeg ta' haddiehor.

Ghalkemm, fil-passat, kien jinghad mill-Qrati taghna li jekk issir talba li l-eredi m'ghandhomx dritt jissoktaw fil-kirja, din ghandha ssir fi tmiem ir-rilokazzjoni korrenti u quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera din il-pozizzjoni m'ghadhiex tigi segwita. Illumjitiqes li jekk parti f'kawza ghandux titolu jew le hija kompetenti l-Qorti ordinarja; huma l-Qratiordinarji li ghandhom gurisdizzjoni jiggudikaw jekk materja taqax jew le fil-kompetenza ta' tribunalta' gurisdizzjoni specjali. Hija l-Qorti ordinarja li ghandha tinvesti l-punt jekk il-parti li qedjirriklama titolu jikwalifikax taht id-definizzjoni ta' kerrej anke skond il-ligijiet specjali: "Din il-Qorti ma taqbilx illi l-interpretazzjoni tal-ligi specjali tal-kera jista' jaghtiha biss it-tribunal specjali imwaqqaf taht dik il-ligi".

Anki jekk kerrej ma jistax jippreskrivi f'ismu hujkun jista' jippreskrivi jekk it-titolu tieghu jitbiddel minhabba raguni li tkun gejja minn terza persuna jew bis-sahha ta' l-oppozizzjoni li huwa jkun ghamel ghall-jedd tas-sid. Dan l-ahhar principju, li jsehh meta jkun hemm "interversio possessionis", jehtieg att pozittiv ta' oppozizzjoni, li inforza tieghu s-sid jitpogga fuq avviz li l-inkwilin m'ghadux jirrikonoxxi t-titolu tieghu. In-nuqqas ta' hlas ta' kera mhux att pozittiv li jindika b'mod car li l-inkwilin m'ghadux iqies ruhu inkwilin, ghax in-nuqqas ta' hlas ta' kera tista' tkun konsegwenza ta' hafna ragunijiet, u bhala att ambigwu ma jservix biex jinverti l-pussess. Fuq kollox, l-artikolu 2121(1) tal-Kodici Civili jghid li "hadd ma jista' jippreskrivi kontra t-titolu tieghu nnifsu, fis-sens li hadd ma jista' jbiddel ghalihinnifsu r-raguni li ghaliha jkun izomm il-haga". Kwindi, darba li jirrizulta li l-okkupazzjoni kienet b'titolu ta' lokazzjoni, l-inkwilin ma jistax ghalih innifsu jbiddel ir-raguni li ghaliha jkun qed izomm il-fond.

Il-preskrizzjoni bis-sahha ta' titolu, tirrekjedi mhux biss iz-zmien ta' 10snin, izda wkoll il-bona fidi (artikolu 2140), u min jaf li l-haga li jippossjedi hija ta' haddiehorhuwa pussessur in mala fede (artikolu 531(2)).

Il-persuni li jkunu rrinunzjaw ghall-wirt m'ghandhomx "locus standi judicii" u m'humiex legittimi kontraditturi fi proceduri istitwiti kontra l-persuna mejta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info