Reference: 1379/2000/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUGEJA JOSEPH ET vs CAMILLERI ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199 - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD DWAR IL-KONTROLL TAT-TIGDID TAL-KIRI TA` RABA` - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - KAP. 199
Summary
Mhux kull meta tissemma` l-kelma "kera" l-qrati ta' gurisdizzjoni ordinarja jitilfu l-kompetenza. "Jekk ghad-determinazzjoni tal-kwestjoni quddiem qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja jkun mehtieg li qabel xejn tinghata twegiba ghall-kwestjoni incidentali jekk il-konvenut huwiex kerrej jew le, il-Qorti ghandha s-setgha li taqta' dik il-kwistjoni incidentali. Din il-Qorti ma taqbilx illi interpretazzjoni tal-ligi specjali jista' jaghtiha biss it-tribunal specjali mwaqqaf taht dik il-ligi.

Dan precizat, u sottintiz u postulat illi ghal kaz tapplika l-ligi specjali, jokkorri ghalhekk li jigi ezaminat jekk, kif ritenut minnu, l-konvenut appellant jistghax jitqies "kerrej" fit-termini tal-ligi specjali taht il-Kap 199. Huwa necessarju ghalhekk li wiehed jirreferi ghad-definizzjonijiet stabbiliti f'din il-ligi.

Skond l-Artikolu 2 tal-Kap 199 it-terminu "kerrej" jinkludi "kull membru ta' familja li jkun cessjonarju tal-kirja u, wara l-mewt tal-kerrej, meta ma jkun hemm ebda membru bhal dak, tinkludi f'ordni ta' preferenza kull membru tal-familja li jkun legatarju tal-kirja jewli, matul l-ahhar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej, kien jghix mal-kerrej jew kien jahdem ir-raba' mieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej . .".

Jinsab ukoll definit illi l-frazi "membru tal-familja" tfisser "axxendent lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, ragel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm ma tergax tizzewweg, tal-kerrej".

Apparti l-kwistjoni jekk hemmx kirja, hemm kwistjonijiet ohra li jridu jigu kkunsidrati. Jitnissel mid-definizzjoni li l-ligi taghti lill-kelma "raba" illi din trid tkun "principalment mikrija ghall-koltivazzjoni ta' prodotti agrikoli . . u ghal skopijiet li ghandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura . .".

Huwa car minn dan illi ghall-finijiet tad-definizzjoni dak li jghodd hu l-iskop principali tal-kiri. Jekk dan l-iskopma jkunx il-koltivazzjoni tal-prodotti agrikoli izda l-mergha tal-annimali jew skopijiet ohra li mal-koltivazzjoni ma jiccentraw xejn id-definizzjoni hi eskluza u allura l-materja ma taqax fil-gurisdizzjoni tal-Bord.

Il-fatt li barra mill-insib l-intimat kien jiehu wkoll li jista' mir-raba' ma hu xejn straordinarju u lanqas ma hu nkonsistenti mal-iskop principali tal-insib.

Issa skond l-Art 1572 tal-Kodici Civili "il-kuntratt ta' kiri ma jinhallx bil-mewt ta' sid il-kera jew tal-kerrej. Li jfisser li allura f'kaz bhal dan biex tigi mpeduta l-propogazzjoni fl-eredi tal-kirja jridjintwera li nghata l-kongedo.

Terga' f'dan il-kaz trattandosi ta' raba lanqas ma kien mehtieg tali kongedo ghax kif preskritt fl-Artikolu 1567 tal-Kodici Civili "il-kiri ta' raba jew ta' hwejjeg mobbli jispicca wkoll ipso jure bl-eghluq taz-zmien ghalkemm dan iz-zmien ikun prezunt kif jinghad fl-artikolu 1532".

Skond l-ahhar imsemmi dispost tal-ligi dan iz-zmien jista' jkun konvenzjonali, legali jew skond l-uzu. Jinsab deciz illi fin-nuqqas ta' konvenzjoni dwar id-durata tal-kirja ta' artijiet ghall-insib il-krija titqies maghmula ghal stagun wahda biss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info