Reference: 492/2002/1

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BLYE ENGINEERING CO. LTD. vs PAOLO BONNICI LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - MANDAT KAWTELATORJU, INTERPELLAZZJONI QABEL IL-HRUG TA` MANDAT GHALL-FINIJIET TA` L-ARTIKOLU 836(8)(B) TISTA` SSIR BI KWALSIJASI MOD U M`HEMMX GHALFEJN TKUN KWANTIFIKATA - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI
Summary
Ghar-rigward tat-talba ghad-danni wara l-hrug ta' mandat ta' sekwestru minhabba nuqqas ta' interpellazzjoni, gie deciz li din is-"sejha" li trid il-ligi tista' issir "b'xi mod", u semplici ittra jew talba verbali hi sodisfacenti.

Il-principju assodat mill-gurisprudenza lokali hija li ezercizzju ta' dritt ma jista' qatt iwassal ghar-responsabilita' ghad-danni, sakemm dak id-dritt ma jkunx abuzat u jkun ezercitat fil-limiti permessibbli mil-ligi. Ghalhekk, gie deciz li min jiftah kawza ujitlifha ma jkunx responsabbli ghad-danni, sakemm il-ftuh tal-kawza ma jkunx sar b'mod vessatarju.Huwa biss meta persuna tagixxi kapriccjosament jew b'mala fede, li hija tista' tkun responsabbli ghad-danni li jsegwi l-agir irresponsabbli taghha.

Fil-waqt li c-cirkustanzi ta' meta min ikun hareg Mandat kawtelatorju jista' jinstab responsabbli ghad-danni, mhux limitati ghal dak provdut fl-artiklu 836(8) tal-Kap. 12, ir-responsabilita' trid tohrog mill-applikazzjoni tal-artikoli 1031 u 1032 tal-Kodici Civili (Kap. 16), b'mod li jkun responsabbli biss jekk jagixxi b'imprudenza, b'negligenza jew mhux bil-hsieb ta' bonus paterfamilias.

Huwa principju fundamentali illi min jezercitadritt li jispetta lilu ma jistax jitqies li f'dan l-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbaghti haddiehor, in omagg ghall-massima "qui suo iure utitur, non videtur damnum facere", bil-konsegwenza li d-dritt ghar-rikors ghall-protezzjoni tal-Qorti, huwa dritt li l-ezercizzju tieghu mic-cittadin m'ghandu bl-ebda mod jigi mxekkel;

Tali dritt tac-cittadin ghar-rikors lejn il-Qorti m'ghandux jigi abbuzat;

Il-fatt li t-talba ta' min ipprovoka l-proceduritigi michuda mill-Qorti, bl-ebda mod ma tfisser necessarjament li sar abbuz mid-dritt li tigi adital-Qorti. Dan ghaliex ghalkemm il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, huwa veru ukoll li l-ligi hija soggetta ghall-diversi interprettazjonijiet li l-partijiet jafdaw fil-gudikant biex jinterpreta u jiddeciedi dwarhom;

Tali abbuz jigi riskontrat biss f'kazijiet eccezzjonali u dan kwazi dejjem f'kazijiet ta' vessatorjeta' nascenti minn mala fede jew dolo jew almenu negligenza gravament kolpuzafejn min ikun adixxa lill-Qorti ghall-hrug ta' tali mandat kawtelatorju ikun ibbaza fuq cirkostanzimanifesti nieqsa minn kull fondament kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt u b'hekk il-procedura promossa tirrizulta vessatorja. Izda apprezzament zbaljat tal-fatti u tal-konsegwenzi guridici derivanti mill-istess mhux bizzejjed sabiex tigi legittimata talba ghad-danni mill-parti rebbieha fil-kawza.

Dan l-ahhar principju huwa bbazat fuq il-fatt li l-element ta' vessatorjeta' jimplika abbuz tad-dritt ta' azzjoni gudizzjarja, min jagixxi in mala fede jew minhabba zball grossolan jista' jigi kkundannat ihallas id-danni.

Tali kazijiet ma eliminawx per principju l-azzjoni generali ghad-danni fuq riferita fis-sentenzi citati ai termini tal-Artikolu 1031 tal-Kap16, dejjem fil-kuntest u b'konsegwenza ta' dritt ta' azzjoni, pero' in verita' u fil-prattika tali azzjoni, diretta ghall-hrugta' Mandati kawtelatorji, giet illum kristalizzata bl-istess Artikolu 836(9). Dan ghaliex l-istessartikolu introdott bil-ligi tal-1995, ikkodifika u applika l-principji elenkati fil-gurisprudenza ta' qabel in materia, dwar l-ezercitazzjoni ta' azzjoni ta' danni wara il-hrug ta' mandat kawtelatorju, u minn ezami tal-istess ragunijiet hekk elenkati, huwa difficli li wiehed jahseb li hemm ragunijiet barra dawk elenkati fl-istess Artikolu 836, fejn l-azzjoni in generali tista' tirnexxi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info