Reference: 33/2003/1

Judgement Details


Date
01/07/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PULIZIJA vs ATTARD LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DIFFERENZA BEJN IL-PROCEDURI MIBDIJA B`RIKORS U DAWK MIBDIJA B`REFERENZA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - ELEMENTI TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - SISTEMA GUDIZZJARJU MALTI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - NUQQASIJIET AMMINISTRATTIVI
Summary
Hemm differenza mhux traskurabbli bejn is-setghat tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzzjonali) meta tkun imsejha tiddeciedi kwestjoni kostituzzjonali jew konvenzjonali direttament u meta tkun saritilha riferenza minn Qorti ohra dwar kwestjoni kostituzzjonali jew konvenzjonali li tkun tqanqlet quddiemha. Huwa meqjus li z-zewg ghamliet ta' proceduri huma "paralleli" ghal xulxin: dan ifisser li m'humiex l-istess ghaliex dak li huwa parallel ghal xi haga ma jsir qatt bicca minnha. Din id-differenza tidher minn kliem il-ligi nfisha.

L-akbar differenza hija fil-fatt li l-proceduradiretta hija dritt u ghazla tal-persuna li tkun qeghda tilmenta minn ksur ta' xi dritt fondamentalitaghha; filwaqt li r-riferenza m'hijiex dritt tal-parti imma hija obbligu tal-Qorti li quddiemha jitqanqal il-punt kostituzzjonali jew konvenzjonali. Ghalhekk, filwaqt li fit-twettiq tas-setghat taghha taht l-artikolu 46(1) u (2) tal-Kostituzzjoni (u/jew l-artikolu 4(1) u (2) tal-Kapitolu 319) il-Qorti ghandha gurisdizzjoni originali b'setghat wesghin dwar ir-rimedji li tista' taghti, fit-twettiq tas-setghat taghha taht l-artikolu 46(3) (u/jew l-artikolu 4(3) tal-Kap 319) il-Qorti trid taghtid-decizjoni fuq il-kwestjoni mibghuta quddiemha, izda hija l-Qorti li tkun baghtet ir-riferenza li ghandha tiddisponi mill-kwestjoni originali li matulha jkun tqanqal il-punt kostituzzjonali jew konvenzjonali.

Is-sejbien ta' xi ksur ta' dritt fondamentali fit-termini tar-riferenza maghmula lilha ma jaghtihiex il-jedd li tiddeciedi hi l-mertu tal-kawza li matulha jkun qam l-episodju li jwassal ghall-istess riferenza. B'mod partikolari, ghalhekk, lanqas ma jkun fis-setgha tal-Qorti ta' gurisidizzjoni kostituzzjonali li taghti rimedju li jiddetermina l-ezitu tal-kwestjoni li jikkompeti biss u esklussivament lill-Qorti li tkun ghamlet ir-riferenza.

Id-dritt fondamentali tal-individwu li jkollu l-kawza tieghu mismugha b'mod xieraq u fi zmien ragonevoli timponi fuq l-Istat li jhares id-Dritt li jassigura l-ezistenza u z-zamma fis-sehh ta' sistema efficjenti ta' amministrazzjonita' gustizzja. Dan jitnissel billi l-Istat jipprovdi strutturi, rizorsi u ghodod li bihom il-Qratijkunu jistghu jwettqu xogholhom kif imiss. B'zieda ma dan, inghad ukoll li l-investigazzjoni ta' dewmien fis-smigh ta' kawza m'ghandhiex issir semplicistikament fit-termini dojoq tal-kawza partikolari, imma f'termini ferm usa' li jhaddnu c-cirkostanzi kollha li fihom dik il-Qorti tkun qeghda tahdem fiz-zmien relattiv.

B'danakollu, jekk minhabba l-inadekwatezza tal-istrutturi li tfasslu biex tithaddem il-magna tal-amministrazzjoni tal-gustizzja jbati bla htija c-cittadin, l-Istat irid jaghmel tajjeb ghal tali tbatija.

Huwa mghallem mill-oghla awtoritajiet konvenzjonali fil-qasam tal-kuncett ta' smigh xieraq fi zmien ragonevoli, li t-tul tal-proceduri jiddependi hafna mic-cirkostanzi partikolari li jsawru kull kaz. Ma jezisti l-ebda zmien assolut li fih jista' jinghad, dejjem u bla tlaqliq, li ladarba jkun ghadda dak iz-zmien il-procedura ma tibqax izjed "ragonevoli". Iridu jitqiesu flimkien ghadd ta' fatturi bhalma huma (i) il-komplessita' tal-kaz, (ii) l-imgiba tal-parti, u (iii) l-atteggament tal-awtoritajiet amministrattivi u gudizzjarji. L-ebda fattur wahdu mahuwa konklussiv: iridu jitqiesu kollha separatement u mbaghad l-effett taghhom ilkoll jitkejjel u jintizen fid-dawl tal-kaz li jkun.

Dan it-taghlim intlaqa' u gie applikat ukoll mill-Qrati taghna fit-tifsir li huma taw kemm lid-dispozizzjonijiet tal-Konvenzjoni u kif ukoll dawk fil-Kostituzzjoni f'dak li ghandu x'jaqsam ma' procedimenti ta' ghamla penali. U jista' jinghad ukoll li dan jghodd kemm jekk il-Qorti li tkun qeghda twettaq funzjoni ta' gudikatura kriminali u kif ukoll jekk tkun qeghda taqdi funzjoni istruttorja.

Fil-process gudizzjarju penali huwa l-gudikant li fl-ahhar mill-ahhar huwa l-moderatur tal-proceduri li jizgura mhux biss li jinzamm bilanc bejn il-kontendenti u l-mezzi disponibbli ghalihom biex jiddefendu r-rispettivi pozizzjonijiet taghhom, imma huwa wkoll moghti mil-ligi s-setghat u l-mezzi l-ohrajn kollha biex ikun jista' jizgura process gust u xieraq. Din il-Qorti ghalhekk thalli f'idejn il-Qorti tal-Magistrati bhala l-Qorti kompetenti biex, fid-dawl tar-rizultanzi ta' din id-decizjoni, tirregola hi dwar il-mixi 'l quddiem tal-proceduri mressqin quddiemha, kif jippreskrivi l-istess artikolu 46(3) tal-Kostituzzjoni li tahtu saret ir-Riferenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info