Reference: 1350/1993/2

Judgement Details


Date
06/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ZAMMIT MARTHESE vs ZAMMIT IVAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GHERUSIJA, DANNI MATERJALI - GHERUSIJA, ELEMENTI TAL-AZZJONI GHAD-DANNI - GHERUSIJA, ELEMENTI TA` - GHERUSIJA, HLAS TA` SERVIGI WARA T-THASSIR TA` - GHERUSIJA, MHUX BIL-MIKTUB - GHERUSIJA, RAGUNI VALIDA GHAT-THASSIR TA` - GHERUSIJA, THASSIR TA`
Summary
Meta ma ssirx kitba ta' gherusija il-ligi dwar Weghdiet ta' Zwieg (Kap. 5) ma japplikax - artikolu 1233(1)(g) tal-Kodici Civili. In-nuqqas ta' kitba twassal ghall-konkluzzjoni biss li l-parti leza matistax titlob id-dannu taht dik il-ligi, pero', dak in-nuqqas ma jtellifx id-dritt ta' l-istess parti leza li titlob dannu taht il-principji generali ta' ksur ta' kuntratt.

Il-weghda ta' zwieg, fid-dawl tal-konsegwenzi importanti li jemanaw minnha trid tigi provata b'mod konkluziv, u ma tistax tigi dezunta minn espressjonijiet indeterminate jew minn fatti ekwivoci li ma jimmanifestawx rizoluzzjoni gravi u ponderata.

Dan ma jfissirx, pero' li l-prova tal-gherusija tehtieg xi dikjarazzjoni espressa f'dan is-sens, izda biss li jridu jikkonkorru cirkustanzi cari u inekwivoci li jindikaw il-hsieb tal-partijiet li jahsbu u jippreparaw ghaz-zwieg taghhom.

Biex ikun hemm gherusija mhux mehtieg li kien hemm kuntratt formali tal-gherusija, lanqas li kien gie moghti c-curkett.Kif lanqas ma huwa mehtieg li jkun hemm stipulazzjoni taz-zmien ghac-celebrazzjoni taz-zwieg, jew il-kunsens tal-genituri. Li hu mehtieg hija l-kapacita' tal-partijiet li jikkuntrattaw l-gherusija, jigifieri l-istess kapacita' biex jikkuntrattaw z-zwieg.

Sa minn zmien id-Dritt Ruman il-formata' l-gherusija kienet libera, imma kien mehtieg il-kunsens reciproku "mentis et repormissis" ... L-gherusija kienet tkun dejjem tezisti kif ghandha tkun konsidrata li tezisti illum, anki jekk ma kienetx tigi preceduta jew akkumpanjata bil-formalita' ta' li "stipulatio". U jekk ma kienx hemm bzonnta' ebda formalita', lanqas kien hemm bzonn li jinghata xi curkett. In fatti dan ic-curkett li ghandu n-natura ta' kapparra, kien jinghata mill-gharusa lill-gharus, kif ghadu jinghata sallum, anki fi zmien id-Dritt Ruman, bhala simbolu tal-fedelta' biex tigi assikurata l-promessa taz-zwieg; imma dan kien jinghata biss fl-okkazzjonijiet meta l-gherusija issir bil-formalita' fuq imsemmija.

L-intenzjoni tal-partijiet ghandha tigi ezaminata fl-imgieba u l-ghemil taghhom fil-konfront ta' xulxin.

Hu principju car u indiskuz li anki jekk tkun tezisti weghda formali ghaz-zwieg, dik il-weghda mhix enforzabbli fil-Qorti, u ebda Qorti ma tista' igieghel lil xi parti tersaq ghac-celebrazzjoni taz-zwieg - liberas esse debet matrimonium. Minn naha l-ohra, il-parti li thassar l-gherusijaminghajr gusta kawza, mhix libera minn kull konsegwenza, u meta jigri hekk, dik il-parti skond il-gurisprudenza, trid thallas ghad-danni li sehhew b'rizultat ta' dak ir-reziliment ingust.

F'danil-kaz, l-gherusija thassret mill-konvenut u dan ma gab ebda raguni valida ghal dan. Hu jidher likien ilu imdejjaq bir-relazzjoni li kellu mal-attrici, izda ma qal xejn lill-attrici, u kompla bir-relazzjoni u anke ippartecipa f'xi preparamenti ghaz-zwieg. Kien biss fl-ahhar li hu qalilha li ma riedx jizzewwigha u ried biss li jibqghu "friends", izda raguni ghal din il-bidla drastika fl-atteggament tieghu lejn l-attrici huwa baqa' ma tax. Il-konvenut ghandu jbati l-konsegwenzi jekk fl-gherusija huwa jhassarha sempliciment ghax kienet marritlu l-volonta', u, ghalhekk, ghandu jirrispondi ghad-danni.

Il-parti leza ghandha dritt ghad-danni independentament milli dan id-dritt huwiex kuntrattwali, jew inkella hux derivanti minn delitt jew kwazi-delitt. F'kaz ta' reziliment ta' gherusija, ghandhom jigu kkunsidrati biss dawk id-danni li huma konsegwenzjali ghat-thassir tal-weghda taz-zwieg moghtija u li jiskaturixxu minn dan ir-riziliment. Dawn id-danni ghandhom jinkludu wkoll il-valur tar-rigali ta' natura personali li l-gharajjes ikunu taw lil xulxin. Id-danni "konsegwenzjalighat-thassir tal-weghda taz-zwieg" ma jiskludux kumpens ghas-servigi rezi mill-parti leza. Il-hin ul-"effort" li l-attrici iddedikat lill-konvenut, kienu hekk dedikati ghax il-partijiet kienu gharajjes, u l-attrici zgur li ma kienetx se taghti dak ir-"rigal" (il-hin taghha) li kieku l-partijiet makellhomx dik it-tip ta' relazzjoni. Il-hinijiet twal li qattghet tahdem ghall-konvenut setghu facilment jigu mill-attrici ddedikati ghal xoghol alternattiv li jirrendi.

Il-Qorti illikwidat ukoll kumpens ghall-uzu li l-konvenut ghamel mill-karozza tal-attrici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info