Referenza: 128/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FOGG INSURANCE AGENCIES LIMITED NOE ET vs TABONE SIMON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, INTERESS RIKJEST F`APPELLO DEL TERZO - APPELL, META MAGHMUL MINN INTERVENUT IN STATU ET TERMINIS - APPELL, POSIZZJONI TA` ASSIKURAZZJONI AI TERMINI TAL-KAP. 104 - APPELL, TERZ JISTA` JAPPELLA MINKEJJA L-AMMISSJONI TAL-KONVENUT - INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, INTERESS MEHTIEG - INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, POSIZZJONI TA` ASSIKURAZZJONI AI TERMINI TAL-KAP. 104
Fil-Qosor
L-Artikolu 236 tal-Kap 12 jipprovdi ghall-ammissibilita` ta' l-appell mhux biss mill-partijiet fil-kawza imma wkoll minn kull min ikollu nteress. Dan jidher ukoll mill-kuntest tad-disposizzjonijiet sussegwenti ghal dan l-artikolu, b'mod specjali mid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 238.

Din il-kelma "interess" giet interpretata fis-sens illi jrid ikun konkret u jrid jissussisti fil-konfront tal-konvenut. Proprju minn dan allura jista' johrog l-interess li jissostanzja t-talba u l-appell b'legittimu kontradittur.

Dan premess ifisser illi intervenjent in statu et terminis li jinterponi appell, qua terz, irid qabel xejn tissodisfa lill-Qorti ta' l-Appell li ghandu dan l-interess guridiku u attwali li jappella. Koncettwalment dan hu similment kontemplat mil-ligi taht l-Artikolu 960tal-Kap 12 ghall-ammissjoni tat-terz bhala intervjenti billi anke hemm hu jehtieglu juri "b'sodisfazzjon tal-qorti li huwa ghandu nteress f'kawza li tkun miexja bejn partijiet ohra".

Biex jeradika l-interess gjuridiku li kien jehtieg biex intitolat jappella f'kawza li fih ma kien parti, it-terz necessarjament irid jipprova li hu kellu interess fin-negozju guridiku li ta lok ghall-azzjoni.Altrimenti, hekk japplika l-principju li tali negozju kien "res inter alios acta" u ma kien bl-ebdamod jinteressah. Massima din riflessa fin-norma ta' l-Artikolu 237 tal-Kap 12 u tipprovdi li s-sentenza ma tista' qatt tkun ta' hsara ghal min, la hu nnifsu, lanqas bil-mezz ta' l-"awturi jew tar-rapprezentant legittimu tieghu, ma jkunx parti fil-kawza maqtugha b'dik is-sentenza".

Il-fatt illi l-konvenut ikun ammetta t-talba ma jipprekludiex lit-terz interesst milli jipproponi l-appell.L-effetti ta' l-Artikolu 228(1) ma jistghux jestendu ghal terzi li ma kienux kompartecipi fil-gudizzju. Allahares l-interpretazzjoni tas-socjetajiet appellati kellha tigi sostenuta jew abbraccjata ghax allura jkun wisq facli illi bi ftehim, jekk mhux ukoll b'kolluzjoni, l-partijiet f'kawza jkunu jistghu jinnewtralizzaw id-dritt tat-terz interessat li jappella.

Ai termini ta' l-Art 12 tal-Kap 104 f'kull kaz is-socjeta` assikuratrici hija obbligata li tindennizza lit-terz danneggjat ghall-hsarat sofferti u dan nonosante kwalunkwe restrizzjoni fil-polza tal-assikurazzjoni relattiva "ghall-eta` ta' min ikun qed isuq il-vettura" subparagrafu (f) ta' l-Artikolu 12(1). Ir-rimedju akkordatmil-ligi lis-socjeta` assikuratrici hu biss wiehed ta' rivalsa kontra l-persuna assigurata.

Hawnhekk is-socjeta` intervenjenti ma ikkontestatx ir-responsabilita` ta' l-assigurat taghha ghall-incident mertu tal-kawza izda llimitat ruhha ghall-kwistjoni msemmija dwar ir-restrizzjoni fil-polza ta' l-assigurazzjoni.

Interess merament ipotetiku ma huwiex accettabbli in kwantu ma humiex ammissibbli rikonjizzjoni ta' drittijiet jew kundanni preventivi 'ad futurum'.

Minn dak dezuntmill-Kap 104 huwa ovvju illi l-Qorti ma tistax tintrattjeni talba li tippermetti lis-socjeta` appellanti biex il-kundanna mposta fuq il-konvenut fis-sentenza appellata ma tkunx tista' tigi rizarcita direttament minnha. Anke jekk talvolta s-socjeta` appellanti ghandha raguni serja u valida biex il-polza ma tirrispondiex fil-kuntest minnha prospettat din l-istess raguni, kif fuq manifest skond it-test tal-ligi, ma tistax tarresta d-dritt tat-terz danneggjat.

Huwa mbaghad ukoll evidenti hafna illi fuq il-bazi tal-istess kontenzjoni sostenuta minnha kumpannija ta' l-assigurazzjoni m'ghandux l-anqas "interess" jintervjeni fil-gudizzju a norma tal-Artikolu 960 tal-Kap 12 billi dan ma jistax, fuq dik il-bazi, jiddemostra interess sostanzjali u reali, imma biss interess derivattiv fl-ezitu. Interess li l-ligi specjali (Kap 104) tirrizervalu biss 'ex post facto' l-hlas tar-rizarciment ufil-konfront tal-persuna assigurata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni