Reference: 1107/1999/1

Judgement Details


Date
05/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
FARRUGIA GANNI vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPRJAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` SKOP PUBBLIKU - ESPROPRJAZZJONI, META ART MA TINBENIEX GHAL NUMRU TA` SNIN - ESPROPRJAZZJONI, SINDAKABILITA` TA` L-ISKOP PUBBLIKU MILL-QRATI ORDINARJI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KWISTJONIJIET TA` NATURA KOSTITUZZJONALI
Summary
Ghalkemm il-qorti trid tapplika l-ligijiet kollha tal-pajjiz, fosthom ukoll dawk li jharsu d-drittijiet fondamentali, madankollu, jekk kawza ssir taht il-procedura ordinarja u mhux taht il-procedura li tirregola kawzi dwar drittijiet fondamentali tapplika l-procedura ordinarja.

Ma hix ta' ostakolu ghat-talbiet ta' l-attur id-dispozizzjoni ta' l-art. 6 tal-Kap. 88, li jghid illi hadd ma' jista' jitlob prova ohra ta' l-iskop pubbliku minbarra d-dikjarazzjoni tal-President ta' Malta. Interpretazzjoni korretta ta' din id-dispozizzjoni, maghmula wkoll fid-dawl tad-dispozizzjonijiet li jharsu l-jeddijiet fondamentali, ma hix, illi "huwa l- gvern li kellu jgib il-prova illi sa mill-bidu t-tehid ta' art kien fl-interess pubbliku", izda l-interpretazzjoni t-tajba, fil-kuntest ta' proceduriordinarji, hija li, ghalkemm il-gvern ma ghandu ghalfejn igib ebda prova ohra minbarra d-dikjarazzjoni tal-President ta' Malta, il-prezunzjoni mahluqa b'dik id-dikjarazzjoni ma tistax tkun wahda iuriset de iure biex il-Kap. 88 jibqa' kompatibbli mal-ligijiet li jharsu l-jeddijiet fondamentali, u tkun meghluba jekk jintwera li ma kienx hemm l-iskop pubbliku li trid il-ligi biex it-tehid ta' l-artikun jiswa.

Il-Qorti irriteniet li l-fatt illi l-art ma nbnietx ghal ghexieren ta' snin mhuxprova konkluziva ta' nuqqas ta' skop pubbliku.

Il-Kap. 88 ma jimponix fuq il-gvern il-htiegali l-progett li jkollu ghall-art iwettqu minnufih, u, sakemm ma jintweriex car illi l-progett huwa abbandunat, ma jistax jinghad illi l-iskop pubbliku spicca.

Il-provvista ta' akkommodazzjoni socjali hija setgha legittima u dmir tal-gvern, u ghalhekk dak li l-gvern jaghmel bl-iskop li jwettaqdan id-dmir ma jistax jinghad li ma hux ghal skop pubbliku. Barra minn hekk, it-tifsira ta' "skoppubbliku" moghtija fl-art. 2 tal-Kap. 88 tghid illi jista' jkun hemm dak l-iskop "sew jekk l-art tkun ghall-uzu tal-Gvern sew jekk le".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info