Reference: 807/1987/1

Judgement Details


Date
13/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
FARRUGIA ALFRED PAUL NOE vs CUTAJAR PETER PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, L-ATTUR GHANDU JIPPROVA LI L-KAWZA TKUN SARET ENTRO T-TERMINU TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TIGI PROMOSSA FLIMKIEN MA` L-ACTIO MANUTENSIONIS - ACTIO SPOLII, META TISTA` TIKKWALIFIKA BHALA ACTIO MANUTENTIONIS - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija bazata fuq id-dispost tal-artikolu 535 tal-Kap 16 li jiddixxiplina l-azzjoni ta' spoll vjolent li ghandu bhala elementi kostituttivi tieghu tlett fatturi: il-pussess (possidesse), l-att spoljattiv (spoliatum fuisse) u dan l-att sar fi zmien xahrejn qabel ma giet intavolata l-azzjoni (infra bimestre deduxissesse).

It-terminu ta' xaharejn hu terminu ta' dekadenza estintiva tal-azzjoni ta' spoll fis-sens li jekk ma jigix provat li l-azzjoni saret fiz-zmien xaharjenmid-data tal-att spoljattiv allura l-azzjoni ta' spoll privileggjat ma tistax treggi. Inoltre, il-gurisprudenza interpretattiva abbraccjata hi fis-sens dan il-perijodu bimestrali "jibda jiddekorri mid-data li fiha l-attur ikun attwalment u fizikament gie spoljat mill-pussess tieghu u mhux a die scientiae". Interpretazzjoni diversa tmur kontra t-termini espressi tal-Artikolu 535 tal-Kap.16 li ma jaghmel ebda distinzjoni f' dan is-sens imma jghid espressament "fi zmien xaharejn mill-ispoll".

F' dan ir-rigward huwa validu l-argument illi kieku l-legislatur ried jipprovdi li z-zmien ta' dekadenza jibda jiddekorri meta l-persuna tkun indunat bl-att turbattiv jew setghet hekk tinduna, kienjipprovdi b' dan il-mod kif ghamel f' diversi kazijiet ohra, u dan fuq l-istregwa tal-principju liquod lex voluit lex dixit. Inoltre l-att spoljattiv li jghati lok ghall-azzjoni huwa meqjus li sehhmalli, u fid-data, li fiha gie turbat il-pussess tal-attur, u hija minn din id-data li jibda jiddekorri l-perijodu perentorju ta' xaharejn, u huwa immaterjali ghall-finijiet ta' dan l-element, li l-ispussessament jkun baqa' jippersisti.

L-oneru tal-prova tal-esistenza tal-konkorrenza tal-elementi tal-ispoll, u allura anke dak tal-infra bimestre deduxisse, jirrisjedi fuq l-attur. Huwa l-attur li jisperixxi l-azzjoni li jirid jipprova l-elementi kostitutivi taghha; izda "meta tinghata l-eccezzjoni li l-azzjoni ta' spoll privileggjat ma saritx fiz-zmien preskritt mill-ligi, il-prova ta' dan tinkombi fuq l-eccepjent ghax skond l-Artikolu 562 tal-Kap.12 l-obbligu tal-prova tal-fatt imiss dejjem lil min jallegah".

Jekk l-azzjoni prezenti tkun perenta bhala wahda ta' spoll [stante li ma jkunx gie provat li saret fit-terminu impost mill-ligi], xorta wahda tista' treggi bhala azzjoni ta' manuntenzjoni izda dan jista' "japplika biss fejn u jekk il-forma tac-citazzjoni hi tali li wiehed jista' jidhol fi kwisjtonijiet mhux merament possessorji b' mod li l-Qorti tkun tista' liberament tipprocedi fuq l-istess atti." Altrimenti u bhala principju generali jighad li mhux permess illil-azzjoni ta' spoll privileggjat u l-actio manutentionis jigu ezercitati bl-istess procedura in kwantu z-zewg azzjonijiet, ghalkemm ghandhom punti ta' kuntatt bejniethom, huma separati u assolutamentdistinti fin-natura u l-iskop taghhom; u huma mmexxijin minn regoli procedurali differenti. Huma allura t-termini li fihom tkun redatta ic-citazzjoni li jiddeterminaw in-natura tal-azzjoni" u dan fuql-istregwa tal-principju li "n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom ikunu dezunti mit-termini tal-att li bih jinbdew il-proceduri u dan hu veru partikolarment f' materja ta' azzjoni possessorja" Inoltre, il-ligi procedurali espressament tesigi li c-citazzjoni ghandu jkun fiha mfissrin car u sewwal-oggett u r-raguni tat-talba, biex b' hekk ikun car ghall-konvenut liema azzjoni qeda tigi tentatakontra tieghu b' mod li jkun jista' jiddefendi lilu nnifsu skond in-normi opportuni; multo magis, fil-kaz ta' azzjonijiet possessorji meta wahda minnhom [dik ta' spoll privileggjat] ggib maghha limitazzjonijiet serji ghall-eccezzjonijiet li l-konvenut jista' jopponi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info