Reference: 14/1997/1

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA MONICA ET vs BORG JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, NULLITA` LI MA TKUNX TQAJMET IN PRIM` ISTANZA - CITAZZJONI, ADEZJONI TAL-KONVENUT GHAL DIFETT FI - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` RABA BAGHLI - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` RABA SAQWI - LOKAZZJONI, META RIKORS QUDDIEM IL-BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA` GHANDU JIKKONTJENI TALBA GHALL-LIKWIDAZZJONI TA` KUMPENS DOVUTA LILL-INKWILIN
Summary
Huwa biss fil-kazijiet kontemplati fis-subincizi 4 (2)(a) - talba ghar-ripreza ghall-uzu personali jew minn xi membru tal-familja - u 4(2)(b) - talba ghar-ripreza ta' raba mhux saqwi ghall-iskop ta' kostruzzjoni fuqu - illi l-ligi trid li jithallas kumpens xieraq lill-bidwi. Huwa f'dawn il-kazijietspecifici biss li l-legislatur rabat it-tmien tal-lokazzjoni mal-kumpens dovut lill-kerrej. Hu allura proprju f'dawn il-kazijiet li r-rikors kellu jikkontjeni talba espressa ghal-likwidazzjoni ta' kull kumpens li jkollu jithallas, kif hekk jiddetta l-Art 4(1)(b) tal-istes ligi. Diversament, dejjem f'dawn l-istess kazijiet, ir-rikors promotur ikun kolpit b'nullita`.

Fil-kazijiet tas-subincizi l-ohra u cjoec (c) (d) (e) u (f) il-ligi ma tghidx li ghandha ssir talba appozita ghal-likwidazzjoni tal-kumpens. Ir-raguni hi wahda ovvja. F'dawn is-subincizi hemm kontemplati c-cirkostanzi fejn il-kerrej ikun hu li wettaq xi trasgressjoni ta' dover bil-fatt tas-sullokazzjoni bla kunsens, in-nuqqas ta' kultivazzjoni tar-raba, il-morozita`, nuqqas ta' tiswija tal-hitan cirkondanti r-raba, hsarat u ksur tal-kondizzjonijiet lokatizji. F'dawn l-ipotesijiet ir-rikors ma huwiex null jekk ma jkunx fih talba ghal kompensazzjoni meta t-tehid jintalab fuq xi wahda minnhom.

Biex jinghad kollox, imbaghad, il-Kodici ta' Procedura jipprovdi illi fejn in-nullita` eccepita ma titqajjemx quddiem il-qorti ta' l-ewwel grad, dik in-nullita` prevvista skond l-Artikolu 789 (1)(c) ma tistax tinghata a tenur tas-subinciz (2) tal-istess artikolu, meta l-parti li teccepiha in sede appell tkun baqghet taghmel jew, ghad li tkun taf biha, tkun halliet li jibqghu jsiru attijiet ohra wara, minghajr ma teccepixxi dik in-nullita`.

L-Artikolu 4(2)(f) tal-Kap. 199 jiddisponi li s-sid jista' jitlob l-izgumbrament ta' l-inkwilin jekk:

Matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-terminazzjoni, il-kerrej, li jkun marbut li jsewwi u jzomm fi stat tajjeb il-hitan tar-raba', naqas li jwettaqdak l-obbligu jew abitwalment naqas li jhares xi kondizzjoni ohra tal-kirja jew deliberatament jewbi
traskuragni kkaguna jew halla li tigi kagunata hsara, hlief hsara ta' importanza zghira, f'xisigar tal-frott fir-raba'...

Bil-kliem "xi kondizzjoni ohra tal-kiri" dawn jistghu jkunu mhuxbiss dawk espressament pattwiti izda anke dawk indotti mil-ligi generali dwar il-kuntratt tal-kiri,senjatament l-Artikolu 1554, 1555 u 1564 tal-Kodici Civili.

Il-kelma "abitwalment" billi sostniet illi din il-kelma tikkonnota, fis-sinjifikat primarju u ordinarju taghha, aktarx ripetizzjoni;ksur mhux ta' darba izda imtenni diversi drabi. "Jerga', fil-kaz prezenti si tratta ta' sanzjoni jew piena kontra l-kerrej, applikabbli fil-kaz li tirrikorri l-fattispecie kontemplati mil-ligi u, skond ir-regoli generali, l-interpretazzjoni ma tistax tkun estensiva".

Il-frazi "raba' saqwi"ghandha tinftiehem kif normalment jifhmuha l-bdiewa, u cjoe qasam, ghalqa, li tista' tissaqqa' perjodikament fix-xhur niexfa u twal tas-sena taghna b'mod li tkun tista' tipproduci ucuh li mhumiex, u ma jiddependux, mix-xita, u, ghal wicc wiehed, ghat-tirgha li art koltivata kif imiss, tippermetti,fil-bidu tas-sajf. Biex dan ikun possibbli, fil-Gzejjer taghna, l-ilma jrid jigi preservat fi bjaru gwiebi, li jimtlew minn spieri mhaffrin fil-fond tal-art minn fejn jittella' l-ilma. Huma rari l-oqsma li huma msoqqija minn ghejjun li jisbukkaw fil-wicc. Hemm imbaghad bjar u gwiebi li jimtlewb'ilma tax-xita u dawn ukoll jirrendu qasam saqwi, jekk pero` l-ilma li jigbru jkun ta' kwantita` tali li jippermetti t-tisqija perjodika fin-nixfa, jew, almenu, tisqija regolari li tevita n-nixfa.

Biex izzomm raba saqwi f'Malta trid xi 24 pulzier ilma barra x-xita tas-sena, u biex wiehed isaqqi tomna raba jkollok bzonn ta' 150,000 gallun ilma.

F'dan il-kuntest allura "mhux biss himportanti l-konsiderazzjoni tas-sors tal-ilma u tal-mezzi ghal hazna tieghu, imma wkoll ir-relattivita` bejn il-kapacita` tal-ilma mahzun mal-estensjoni tar-raba".

Gie ritenut ukoll illi l-modkif issir il-hazna tal-ilma mhux bilfors ghandu jkun naturali, izda jista' jkun jiddependi mill-volonta` u mill-hidma tal-bidwi.

Fejn is-sors tal-ilma ma jiddependiex unikament mill-volonta` tal-bidwi, ad exemplum provizjon ta' ilma minn raba iehor jew permezz tal-bowsers, "ma jistax jinghadilli l-provvista ta' dak l-ilma, li jirrikjedi r-raba fix-xhur tas-sajf jiddependi mill-volonta` unika tal-intimati".

Is-sistema tad-'drip irrigation" ma ssewwaqx ir-raba b'dan il-mod. Intqalli dan ma huwiex l-iskop tal-ligi in kwantu mod iehor ikun ifisser li "kull raba f'Malta li jista' jintlahaq minn sorsi estraneji permezz tad-drip irrigation ikun jista' jitqies bhala raba saqwi, li zgur li m'huwiex il-kaz"

Mhux kull attrezzatura li tista' tigi adoperata mill-bidwi ghall-provvizjon tal-ilma - element dan principalissimu tal-fekondita` tar-raba - ghandu jitqies li dan jaghmel ir-raba saqwi. Xort'ohra, kull bicca raba f'pajjizna hi potenzjalment saqwija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info