Reference: 1060/1995/2

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FARRUGIA CARMELO ET vs CONTI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RABTA TA` KAWZA U EFFETT BEJN IL-FATT L-KOLPUZ U D-DANNU SOFFERT - HAJT DIVIZORJU, BINI FUQ LIVELLI DIFFERENTI - HAJT DIVIZORJU, DEMEL JEW HWEJJEG OHRA KORROZIVI JEW NIEDJA LI JMISSU MA`
Summary
L-artikolu 419 (c) u (d) tal-Kodici Civili jistipula li ebda wiehed mill-girien ma jista jqieghed demel jew hwejjeg ohra korrozivi jew niedja b'mod li jmissu mal-hajt komuni; u lanqas ma jista' jigma'ma' hajt komuni, trab jew hwejjeg ohra, minghajr ma jiehu l-hsieb mehtieg sabiex dan il-gmigh ma jaghmilx b'rass jew xort'ohra, hsara lill-gar l-iehor.

Dan l-artikolu jikkontempla agir posittiv da parti tal-gar li jagixxi b'mod li jqieghed hwejjeg niedja jew jigma' hwejjeg ohra mal-hajt komuni.

Jekk, pero', gar jinzel taht il-livell tal-art, b'mod li l-gar l-iehor jigi li jkollu hamrija u hwejjeg ohra mal-hajt divizorju, dak il-gar l-iehor ma jkunx responsabbli li "qieghed" hwejjeg ohra mal-hajt, izda hu jkun halla l-livell tal-art tieghu fejn kienet, u l-passi rimedjali jkunirid jehodhom il-gar li ghamel l-art tieghu taht il-livell tal-art tal-gar l-iehor. Din hi interpretazzjoni logika ta' dan l-artikolu li ticcensura lil min, all things being equal, ipoggi hamrija jewhwejjeg ohra mal-hajt komuni minghajr ma jiehu l-prekawzjonijiet mehtiega biex jevita hsara lill-istess hajt; persuna, pero', li thalli l-livell tal-art taghha kif inhu u ma jpoggi ebda materjal mal-hajt komuni, ma jkunx hu li agixxa hazin jekk il-gar jinzel fl-livell aktar baxx u jesponi l-hajt komuni min-naha tieghu, ghall-arja.

F'dan il-kaz minhabba d-dislivell li kien hemm bejn iz-zewgproprjetajiet, il-fond tal-atturi gie li nbena f'livell aktar baxx minn dak tal-konvenut. Meta jigrihekk, l-artikolu 421 tal-Kodici Civili jghid li s-sid tal-fond izjed gholi ghandu jbaghti l-ispizakollha tal-bini u tat-tiswija tal-hajt sal-invell tal-fond tieghu. Gara, pero', li f'dan il-kaz il-hajt bnewh l-awturi tal-atturi, u mhux skond l-arti u s-sengha, u kwindi l-konvenut ma jistax jigi ritenut responsabbli ghat-tiswija ta' hajt li nbena hazin minn haddiehor.

Intqal diversi drabili biex tirrizulta responsabbilita' ghall-hsara, irid ikun hemm ness ta' kawza u effett, u dan in-ness irid jigi pruvat mill-vittma tal-hsara. Il-fatt biss li wara li l-konvenut ghamel certa xoghol, dahal l-umdita' fil-fond tal-atturi, mhux bizzejjed biex il-Qorti tikkonkludi li l-umdita' haregt minhabba dawk ix-xogholijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info