Reference: 878/2000/1

Judgement Details


Date
02/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
EDRICHTON ESTATES LTD vs MUNRO PHILIPPS & COMPANY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, EFFETTI TAL-KONSOLIDAZZJONI TAT-TITOLU FUQ OBBLIGI IMPOSTI FUQ L-UTILISTA FIL-KONCESSJONI ENFITEWTIKA - INTERESS GURIDIKU, ATTUR F`KAWZA PETITORJA LI JBIEGH L-ART MERTU TAL-KAWZA - INTERESS GURIDIKU, ATTWALITA` TA` - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, INTERESS F`AZZJONI BHALA BAZI TA` AZZJONI ULTERJURI - INTERESS GURIDIKU, KONKRETEZZA TA` - INTERESS GURIDIKU, SUSSISTENZA MATUL IL-HAJJA TAL-AZZJONI - INTERESS GURIDIKU, TUTELA TA` DRITT
Summary
L-interess irid ikun a) guridiku, jigifieri d-domanda jrid ikun fiha ipotesi ta' l-ezistenza ta' dritt u l-vjolazzjoni tieghu: b) dirett u personali: fis-sens li huwa dirett meta jezisti fil-kontestazzjoni jew fil-konsegwenzi taghha, personali fis-sens li jirrigwarda l-attur, hlief fl-azzjoni popolari; c) attwali fis-sens li jrid johrog minn stat attwali ta' vjolazzjoni ta' dritt, jigifieri l-vjolazzjoni attwali tal-ligi trid tikkonsisti f'kondizzjoni pozittiva jew negattiva kontrarja ghall-godiment ta' dritt legalment appartenenti jew spettanti lid-detentur.

"Illi d-definizzjoni accettata fil-gurisprudenza nostrana ta' interess guridiku hija dik tal-Mortara li jghid li l-interess guridiku huwa 'l'utilita' finale della domanda giudiziale nel tema dell'asserita esistenza o violazionedel diritto'. Illi ghalkemm fis-sistema taghna tista' tinghata dikjaratorja huwa rekwizit essenzjali li jkun hemm dritt legali li jkun il-bazi li bih l-attur ikun jista' jippromwovi u jitlob l-accertament tieghu permezz ta' l-awtorita' gudizzjarja".

"Citazzjoni tista' ssir biex tinghata semplici dikjarazzjoni, u ma hemmx bzonn bilfors li tintalab dejjem kundanna . biss, min jistitwixxi azzjoni jrid bilfors ikollu xi dritt - 'l'azione civile non puo' essere promossa che per far valere undiritto, e da colui a cui il diritto spetti. Mancando l'uno e l'altro di questi requisiti, l'azionee' infondata e inammissibile'.

L-interess guridiku jrid ikun reali u attwali u ghandu jiskaturixxi minn vjolazzjoni jew theddida ta' vjolazzjoni ta' xi dritt li jappartjeni lill-attur u f'dan is-sens allura jrid ukoll ikun personali. Irid jigi stabbilit in-ness guridiku bejn l-agir abbuziv ullegali allegatament kommess mill-konvenut u d-danni jew almenu l-pregudizzju allegatament subit mill-attur konsegwenzjali ghal tali agir.

Ghal bosta snin il-Qrati taghna fissru li l-elementimehtiega biex isawru interess ta' l-attur f'kawza huma tlieta, u jigifieri li l-interess irid ikun guridiku, li l-interess irid ikun dirett u personali u li dak l-interess ikun attwali. B' ta' l-ewwel, wiehed jifhem li dak l-interess ghandu jkollu mqar iz-zerriegha ta' l-ezistenza ta' jedd u l-htiega li tilqa' ghal kull attentat ta' ksur tieghu minn haddiehor. Dan l-interess m'hemmx ghalfejn ikunjissarraf fi flus jew f'valur ekonomiku.

Minbarra dawn l-elementi, gie mfisser ukoll li biexwiehed ikollu interess li jiftah kawza, dak l-interess (jew ahjar, il-motiv) tat-talba ghandu jkun konkret u jezisti fil-konfront ta' dak li kontra tieghu t-talba ssir.

Fost ir-rekwiziti ta' l-interess guridiku hemm dak li l-istess irid ikun attwali, cjoe` dak li Mortara jiddefinixxi bhala. "La utilita` finale della domanda giudiziale sul tema dell'asserita esistenza e violazione di un diritto. Jekk l-azzjoni tkun inkapaci li tipproduci rizultat vantaggjuz jew utili ghal min jipproponihajew jekk ir-rizultat, jew sentenza, ma jkunx jista' jigi uzufruwit, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta.

L-interess guridiku huwa risaput, irid jissussisti matul il-hajja ta' l-azzjoni.

L-interess guridiku, huwa risaput, irid jissussisti matul il-hajja ta' l-azzjoni. Meta dan I-interess tal-kumpanija attrici naqas, il-konsegwenza immedjata hija li l-konvenut ghandu jigi Iliberat mill-osservanza tal-gudizzju. ll-Qorti, da parti taghha, ma tistax tkompli bil-gudizzju sakemm il-konvenut stess ma jurix li huwa ghandu nteress guridiku li jottjeni sentenza kontra l-attur, li dak l-interess m'ghandux.

Il-Qrati taghna fissru wkoll li l-interess ta' parti li tiftah kawza jridjibqa' jintwera tul il-kawza kollha ghaliex jekk tali nteress jigi nieqes, il-kawza ma tkunx tista'tissokta.

Il-principju kardinali li jirregola l-istatut tal-kuntratti jibqa` dejjem dak li l-vinkolu kontrattwali ghandu jigi rispettat u li hi l-volonta' tal-kontraenti kif espressa fil-konvenzjoni li kellha tipprevali u trid tigi osservata. Pacta sunt servanda.

Il-gurisprudenza nostrali hi kostanti filli rriteniet li ma hiex ammissibbli li prova testimonjali kontra jew in aggjuntaghall-kontenut ta' att miktub u hi talvalta ammessa biex tikkjarifika l-intenzjoni tal-partijiet meta din hi espressa b'mod ambigwu.

Il-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni meta f'kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car jew posterjorment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li kien hemm bzonn li tigimaqtugha, u din ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkun tidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.

Dan huwa wkollkonformi mal-principju contra scriptum non est argumentum, li jibqa' japplika sakemm ma tingiebx prova li tali skrittura hija nieqsa minn xi element kostituttiv taghha.

L-interpretazzjoni li trid tinghata, meta klawsola tista` tfisser haga u ohra, din ghandha tinftiehem dik il-haga li biha jista' jkun hemm xi effetti milli dik il-haga li biha ma seta' jkun hemm ebda effett. Disposizzjoni litirrifletti l-principju "in dubiis interpretatio capienda est, ut dispositio potius valeat quam pereat".

Meta d-dirett dominju jinxtara mill-utilista ghalkemm il-procedura adottata hija differenti minn dik ta' fidi ta' cens pero' r-rizultat finali huwa fil-fatt analogu ghal dak li huwa li l-obbligu tal-hlas ta' cens peress li dan jispicca; f'dan is-sens il-fidi jista' jkollu effett biss ghal dak li huwa liberazzjoni minn hlas ta' cens u xejn fuq kull obbligazzjoni ohra li biha hija iggravata l-art; min-naha l-ohra l-akkwist tad-dirett dominju mill-utilista permezz ta' trasferiment jista' jkollu effetti ohra apparti l-liberazzjoni tal-hlas tal-canone, inkluz il-liberazzjoni minn xi kondizzjonijiet li jiggravaw l-istess art, pero' dan minnu innifsu huwa suggett ta' konvenzjoni bejn il-partijiet, iktar u iktar minhabba id-dispozizzjoni ta' l-artikolu 1499 tal-Kap 16 li thalli fil-liberta' tal-partijiet li jaghmlu l-kondizzjonijiet appositi mbasta ma jkun hemm xejn kuntrarju ghall-ligi.

Dak li ntqal f'materja ta' redenzjoni tac-cens ghandu wkoll japplika f'xiri ta' cens, meta min ikun qed jixtri d-directum dominium ikun l-utilista fil-kaz meta jkun car mill-ftehim tal-partijiet anke fil-kaz tat-trasferiment tad-dirett dominju, li dak li in verita' jkunu trasferew il-partijiet jkun biss id-dritt ta' hlas ta' cens, li meta dan isehh, favur l-utilista' naturalment, iwassal ghall konkluzzjoni li l-obbligu tal-hlas ta' cens jispicca proprju minhabba l-konfuzzjoni tad-dritt li tircievi c-cens u l-obbligu tal-hlas jiltaqghu fl-istess persuna. F'dan is-sens ma hemm l-ebda dubju li tali trasferiment tad-dirett dominju jkun jekwipara ghall-fidi ta' cens u dak li jsir jkun biss kapitalizzazzjoni ta' l-istess cens rapprezentata bil-prezz ghat-trasferiment medessimu.

Il-gurisprudenza taghna tirritjeni li:

l-enfitewsi hija kuntratt li bih wahda mill-partijiet (cjoe' l-padrun dirett) jghati lill-parti l-ohra (ic-censwalist jew l-enfitewta), ghal dejjem jewghal zmien, fond, bi hlas ta' kull sena determinat jew b'cens determinat, illi din ta' l-ahhar tintrabat li thallas bhala rikonoxximent tad-dominju (ara art. 1576 tal-Kodici Civili). Il-partijiet jistghu jistipulaw il-kondizzjonijiet li jridu, sakemm dawn ma jkunux kontra l-ligi u ma jmorrux kontracerti dispozizzjonijiet tal-ligi regolanti l-istitut tal-enfitewsi msemmija fl-art.1581 tal-KodiciCivili; fost dawn id-dispozizzjonijiet insibu proprju l-artikolu 1582 A ta' l-istess Kodici.

Illi in effett malli l-"canone" stabbilit bejn il-partijiet f'tali kuntratt, jigi mifdi mill-enfitewta, l-istess enfitewta jigi l-padrun dirett, assolut tal-fond kollu kif kien gie moghti in enfitewsi. Meta jkun hemm rizervi li jikkostitwixxu elementi ta' proprjeta' maghmula favur il-koncedent dawnghandhom jigu konsidrati apparti l-fidi. Dan jista' jinghad kemm meta l-affrankament isir permezz ta' kuntratt bejn il-partijiet kemm ukoll meta jsir bil-forza tal-ligi.

Ghalkemm isir il-fiditac-cens fil-bejgh l-koncedent li jkun irrizerva favur tieghu drittijiet li ghandhom fihom elementita' proprjeta' dawn id-drittijet jibqghu valjanti nonostante l-fidi tac-cens.

Huwa ovvju li wara li jsir dan il-fidi, l-ex censwalist isir proprjetarju. Hemm ghalhekk il-konsolidazzjoni jew konfuzjoni tad-diretto dominium ma' dak utili, u dak li kien qabel utilista isir proprjetarju assolut.;

Il-kuncett tal-proprjeta' kif kontenuta fil-ligi taghna hija kuncett assolut. Is-sid normalment ghandu d-dritt li jaghmel dak li jrid bil-proprjeta' tieghu; anke jiddistruggiha, salv xi drittijiet li jkunu setghu akkwistaw fuqha t-terzi li jridu jigu rispettati. Minkejja li dak il-kuncett assolut ta' proprjeta' gie mxellef b'diversi ligijiet ta' natura pubblika fl-interess tal-pubbliku ingenerali, bejn il-privat il-kuncett ghadu dak li kien. Hekk infatti jipprovdi l-artikolu 320 tal-Kodici Civili Kap.12:

Il-proprjeta' hija l-jedd li wiehed igawdi u li jiddisponi minn hwejgu bil-mod l-aktar assolut, basta li bihom ma jaghmilx uzu ipprojbit mill-ligi;

It-terminazzjoni tal-hlas ta' cens bil-konfuzzjoni bejn id-dirett dominju u l-utile dominju fl-istess persuna ma jgibx necessarjament it-thassir tal-kondizzjonijiet kollha ta' cens li jkunu jiggravaw l-istess art hekk soggetta ghall-enfitewsi. Fil-kaz tal-fidi ta' cens dan qatt ma huwa l-kaz hlief ghal dawk il-kondizzjonijiet intimament diretti mal-hlas ta' l-istess cens u konsegwenti ghall-istess u fil-kaz ta'trasferiment ta' l-istess dirett dominju lill-utilista dan jiddependi mit-termini precizi tal-ftehim milhuq bejniethom, u anke f'certi kazi jekk dan isirx mill-persuna li mponiet originarjament mhuxbiss l-ammont ta' cens imma wkoll il-kondizzjonijiet gravanti l-istess art jew stabbli.

Illiovvjament dan jiddependi fuq in-natura ta' konvenzjoni milhuqa bejn il-kontraenti u l-avendi causa taghhom u hija suggett ta' nterpretazzjoni ta' kuntratti fil-parametri fuq gja esposti ghall-kaz in ezami u ghal dan il-ghan din il-Qorti tirreferi ghal dak li gja inghad f'din id-decizjoni dwar in-natura ta' trasferiment li sar bejn is-socjeta' attrici u John Pace permezz tal-kuntratt pubbliku datat22 ta' Dicembru 1972 u din il-Qorti hawn tikkonferma l-istess.

M'humiex vjetati domandi diretti ghall-otteniment ta' semplici dikjarazzjoni, purche' dawn ikunu preordinati ghal domanda definitiva u finali, anke jekk din tkun ghada ma gietx dedotta f'gudizzju dejjem jekk il-Qorti tkun perswaza li l-parti ghandha nteress li titlob dik id-dikjarazzjoni u li dik id-dikjarazzjoni hekk mitlubatkun tista' tifforma l-bazi ta' kawza ohra li tkun tista' ssir fil-futur, b'dan li l-interess ma ghandux ikun ipotetiku imma jrid ikun konkret u jrid jissussti fil-konfront tal-konvenut li jkun l-legittimu kontradittur.

Huwa principju fondamentali illi min jezercita dritt li jispetta lilu majistax jitqies li f'dan l-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbaghti haddiehor, in omagg ghall-massima "qui suo iure utitur, non videtur damnum facere;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info