Reference: 1224/2002/1

Judgement Details


Date
08/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
GATT JOSEF vs GATT MARISA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIGRIET, LI JICHAD IL-HRUG TA` KONTRO-MANDAT JISTA` BISS JIGI ATTAKKAT B`CITAZZJONI - DIGRIET, LI JILQA` L-HRUG TA` KONTRO-MANDAT HUWA FINALI U RREVOKABBLI - DIGRIET, MA HEMMX APPELL MINN DIGRIET LI JICHAD IL-HRUG TA` KONTRO-MANDAT - DIGRIET, TLIET TIPI TA`
Summary
Tradizjonalment jinghad li hemm tlett xorta ta' digrieti, cioe` dawk definittivi, dawk interlokutorji, u dawk (it-tielet kategorija) li la huma definittivi u lanqas interlokutorji, u li filwaqt li ghall-ewwel u ghat-tieni kategorija hemm appell kif ikkontemplat fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, ghat-tielet kategorija ma hemmx dritt ta' appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell.

Biex digriet jinghad li huwa definittiv irid ikun tali li b'xi mod jidderimi ossia jtemm il-kontroversja bejn il-partijiet.

Ma jistax jinghad li digriet li jichad jew jilqa' talba ghar-revoka ta' mandat kawtelatorju jtemm il-"kontroversja" bejn il-partijiet. Il-kontroversja hija dik migjuba fil-kawza proprja.

Is-subinciz (5) ta' l-Artikolu 836 tal-Kap. 12 jipprovdi illi ma ghandu jsir ebda appell u kontestazzjoni minn digriet li jilqa' rikors maghmul ai termini tas-subartikolu (1)ta' dak l-Artikolu u li dak id-digriet ikun finali u irrevokabbli. Qari ta' dan l-artikolu ma jhallil-ebda dubbju fil-hsieb tal-Qorti illi fejn id-digriet ikun wiehed ta' cahda tar-rikors ghall-hrugta' kontro-mandat, dan id-digriet seta' jkun soggett ghal appell u kontestazzjoni. Jidher, pero`, lil-Artikolu 836 ma jispecifikax il-mod kif u meta se jsir appell u kontestazzjoni minn tali digrietta' cahda.

Billi l-Artikolu 229 (relattiv ghad-digrieti interlokutorji) ma kienx applikabblighal digriet li jilqa' t-talba ghall-hrug ta' kontro mandat, seta' kien applikabbli biss l-Artikolu836. Konkluzjoni din imsahha in konsiderazzjoni illi dan kien artikolu li specifikatament jirregolal-mod kif seta' jigi kontestat digriet fir-rigward tal-hrug ta' kontro-mandat ta' att kawtelatorju.Dan l-artikolu l-legislatur kien introducih inter alia bhala kawtela dovuta kontra l-hrug ta' mandati kawtelatorji awtorizzati fuq talbiet frivoli mill-kreditur jew f'cirkostanzi meta seta' jigi stabbilit illi d-debitur kellu bizzejjed x'jaghmel tajjeb in garanzija tal-kreditu. Din id-disposizzjoniallura tipprovdi ghal kif kellha ssir tali verifika u meta l-Qorti kellha allura tohrog il-kontro-mandat opportun. Il-legislatur ried ukoll jaccerta ruhhu illi una volta l-gudikant ikun sodisfatt illi ma kienx hemm lok li l-att kawtelatorju jibqa' fis-sehh, dik id-decizjoni li tawtorizza l-hrug tal-kontro-mandat kellha tibqa' fis-sehh [u] ma setghetx tigi b'xi mod impunjata mill-kreditur. Infattifis-subinciz (5) hu dispost illi "ma ghandu jsir ebda appell u kontestazzjoni minn digriet li jilqa' rikors imsemmi fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu u dan id-digriet ikun finali w irrevokabbli". Dan is-subinciz ifisser illi lanqas ghall-istess Qorti li tohrog mandat mill-gdid billi tirrevokad-decizjoni taghha contrario imperio sakemm ma jkunux jokkorru cirkostanzi espressament elenkati bl-istess subinciz (5) ta' [l-Artikolu] 836.

Id-dicitura ta' dan is-subinciz jissuggerixxi kifgia inghad pero` a contrario sensu illi setghu jsiru "appell u kontestazzjoni" minn digriet li jichad it-talba ghall-hrug ta' kontro-mandat u li allura jkun halla l-att kawtelatorju fis-sehh kontra d-debitur. Il-legislatur, pero`, illi dahal f'dettal kbir biex jirregola l-procedura fil-kaz fejn il-Qorti tilqa' talba ghar-revoka in toto jew in parte ta' mandat kawtelatorju sal-punt li timbarra definittivament kull forma ta' kontestazzjoni dwaru meta tawtorizza l-hrug ta' l-opportun kontro-mandat, naqas li jipprovdi ghall-mod kif seta' jsir "appell u kontestazzjoni" minn digriet li jichad rikors tad-debitur ghall-hrug ta' kontro-mandat. Una volta l-legislatur ghazel li ma jiddefinix din il-materja, anke jekk fil-kuntest ta' revizjoni generali tal-ligi procedurali maghmula bl-Att XXIV ta' l-1995, ma kienx lecitu li l-Qorti tiddipartixxi mill-gurisprudenza kostanti taghha in materja li ddefiniet in-natura ta' digriet li jawtorizza l-hrug ta' mandat kawtelatorju, liema konsiderazzjonijietjapplikaw mutatis mutandis ukoll ghal digriet tal-hrug ta' kontro-mandat ta' l-istess att kawtelatorju. Ma kienx hemm raguni ghaliex l-insenjament ta' dawn il-Qrati f'dan ir-rigward fuq elaborat ma kellux jitqies li ghadu fis-sehh billi l-ebda disposizzjoni ta' ligi li giet introdotta ma pprovdiet ghal din l-eventwalita`. Konsegwentement il-posizzjoni tibqa' kif kienet sal-lum illi dawn ix-xorta ta' digrieti ma setghux jigu appellati direttament quddiem din il-Qorti. Setghu biss jigu appellati ukontestati permezz ta' att ta' citazzjoni quddiem l-istess Qorti illi tat id-digriet, bi dritt ta'appell lil din il-Qorti una volta tinghata sentenza in prima istanza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info