Reference: 9/2001/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FERANDO MILDRED vs BIANCHI LORIS PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, GHANDHA SSIR KORREZZJONI TA` ZBALJI MHUX TA` NATURA SOSTANZJALI - KJAMATA FIL-KAWZA, MA TISTAX TINTUZA BIEX TIGI SANATA NULLITA` - RITRATTAZZJONI, FORMULAZZJONI TA` L-OCCHIO - RITRATTAZZJONI, IL-PARTIJIET KOLLHA JRIDU JIPPARTECIPAW FIL-GUDIZZJU TA` RITRATTAZZJONI - RITRATTAZZJONI, MIN JISTA` JIPPROPONI TALBA GHAL - RITRATTAZZJONI, SENTENZI TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Summary
Ritrattazzjoni quddiem il-Bord li jirregola l-Kera huwa regolat mid-disposizzjonijiet tal-Kap. 12 uallura ghandu jinbeda b'citazzjoni u appell minn decizjoni tal-prim' istanza irid isir entro t-terminu ta' ghoxrin gurnata.

Ma kienx possibbli li jinghata aditu ghar-ritrattazzjoni ta' sentenzaparzjali. Ir-ritrattazzjoni invece, skond l-istess Art 811, Kap 12, hi moghtija fil-kaz biss ta' kawza deciza u finali.

L-istitut tar-ritrattazzjoni jipprovdi rimedju utilissimu ta' revizjonita' sentenza finali, bl-iskop illi jigu rettifikati certi zbalji specifikati u evidenti f'gudikatiu b'hekk tigi evitata "miscarriage of justice" u tinkiseb gustizzja sostanzjali ghall-partijiet.

Il-ligi tirrestringi dan ir-rimedju ghal certi ragunijiet biss li huma tassattivament elenkati fil-ligi. Inoltre l-ligi timponi certi kondizzjonijiet ghall-ezercizzju ta' l-istess rimedju li wiehed hu mistenni li josservahom skrupolozament.

Din l-osservazzjoni hi ta' kjara importanza inkwantu r-rimedju tar-ritrattazzjoni jidderoga principju baziku legali u cjoe` li sentenza finali (gudikat jew res judicata) ghandha forza ta' ligi bejn il-kontendenti. Il-gudikat, in fatti, ghandu l-forza li jtemm darba ghal dejjem il-litigju li jinsorgi u li jigi definit bis-sentenza.

Ma jistax ikollok ir-ritrattazzjoni ta' kawza jekk ma jkollokx ukoll it-thassir tas-sentenza li ddeterminat dik il-kawza. U ma jistax ikollok it-thassir jew revoka tal-kawza aggudikata jekk min kien kompartecipi fiha ma jkunx ukoll imdahhal bhala attur jew konvenut fil-procedura innifisha tar-ritrattazzjoni.

Huwa evidenti li ma tistax tintalab ir-ritrattazzjoni jekk mhux billi jigu citati l-istess persuni involuti fis-sentenzi attakkati.

Dan hu bil-wisq naturali in kwantu hu difficli illi wiehed jikkontempla r-revoka ta' sentenza minghajr il-presenza tal-kollitigandi gja nvoluti u mmiskjati fis-sentenza oppunjata. Wiehed ghandu dejjem ma jitlefx di mira illi l-provvediment tal-ligi fih anke dan l-istadju 'in rescindente' li jwassal ghall-annullament tas-sentenza ritrattata. Danqabel ma l-Qorti tinoltra ruhha fis-smiegh mill-gdid tal-kawza fl-istadju 'in rescissorio'.

Dwar il-mod ta' kif ghandu jsir l-okkju fil-gudizzju ta' ritrattazzjoni l-ewwel Qorti sostniet illihu ghal kollox anti-gjuridiku u koncettwalment kontrosens li wiehed jipprospetta l-possibilita` ta'smiegh mill-gdid ta' kawza bejn partijiet li ma jkunux ghal kollox identici ma' dawk tal-procedura li fihom tkun inghatat is-sentenza impunjata. Il-gurisprudenza tghallem li jekk l-okkju f'kawza ta' ritrattazzjoni jigi invertit ma hemm ebda nullita`.

Il-Qorti ta' l-Appell pero` ikkwotat gurisprudenza fis-sens illi peress illi l-gudizzju ta' ritrattazzjoni huwa ghal kollox gdid u mhux kontinwazzjoni ta' kawza ohra, l-intestazzjoni tal-kawza kellha tindika lill-min jipproponi t-talba bhalaattur u lil partecipanti l-ohra bhala konvenuti. L-inverzjoni, madanakollu ma ggib ebda nullita` tal-proceduri.

Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni jakkorda dritt lil dawk biss li jkunu partijiet interessati fis-sentenza attakkata u mhux ukoll lil kull terza persuna li ma tkunx ippartecipat fil-proceduri.

Nuqqas ta' sejha ta' parti interessata fil-gudizzju ta' ritrattazzjoni ma jistax jigisanat b'kjamata fil-kawza jew permezz ta' korrezzjoni.

Il-kjamata in kawza ma tistax isservi biex tikkonvalida proceduri nullament proposti.

Ghalkemm hu minnu li l-Art 175, kif emendatbl-Att XXIV tal-1995, jaghti ampji poteri lill-Qorti jew kull tribunal iehor li jordna l-korrezzjonijiet fl-iskritturi f'kull zmien tal-proceduri, eppure anke, kif modifikat, l-ligi tiddekreta bhalalimitazzjoni fuq id-diskrezzjoni tal-Qorti l-kaz fejn iz-zieda mitluba tkun ser tbiddel fis-sustanzal-azzjoni jew l-eccezzjoni fuq il-meritu tal-kaz.

Dejjem, imbaghad in raguni tas-senjalazzjonijiet fuq maghmula fil-kors ta' din id-decizjoni, l-Qorti ma tistax tinkoragixxi libertajiet. Danmhux minhabba xi formalizmu rigidu izda, in kwantu si tratta ta' procedura specjalissima, mhuwiex konsentit li l-ligi u l-procedura tigi cirkumventata b'korrezzjonijiet leggeri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info