Reference: 1605/2000/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VALFRACHT RORO LINE LTD vs SKIADAS KAPTAN NIKOLAOS NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO IN REM, ELEMENTI TA` - GURISDIZZJONI, KLAWSOLA TA` ARBITRAGG - SOPRASESSJONI, META HIJA PERMESSA - SOPRASESSJONI, NATURA TAL-PROVVEDIMENT
Summary
L-elementi li jikkostitwixxu azzjoni in rem huma (a) kreditu li jaqa' taht wiehed mill-irjus imfissrin f'xi wahda mil-ligijiet imharsa bl-Ordinanza dwar it-Trasferiment tal-Gurisdizzjoni tal-Qorti tal-Vici-Ammiraljat (ossia l-Admiralty Court Act ta' l-1840 u 1861 u l-Vice Admiralty Court Act ta' l-1863); (b) azzjoni mmexxija specifikatament kontra l-bastiment; (c) il-prezenza tal-bastiment fit-territorju li jaqa' fil-gurisdizzjoni tal-Qorti; u (d) iz-zamma tal-bastiment fil-gurisdizzjoni, jew il-hrug ta' garanzija tajba bizzejjed biex kull sentenza li tista' tinghata kontra l-bastiment tista'tigi ezegwita. Ghandu jinghad li fost il-kazijiet accettati li dwarhom tista' ssir azzjoni in rem (u tigi ghalhekk stabilita l-gurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ammiraljat) hemm dik fejn issir talba mnissla minn ftehim ta' garr ta' merkanzija jew dwar l-uzu jew il-kiri ta' bastiment;

Normalment fis-sistema procedurali Malti, l-eccezzjoni li titlob it-twaqqif ta' smigh tal-kawza sakemm tinqata' ohra li tkun marbuta maghha hija msejsa fuq dak li jipprovdi l-artikolu 793 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta, liema artikolu jitkellem dwar smigh fl-istess waqt taz-zewg kawzi li jkun hemm dik ir-rabta bejniethom, fis-sens li l-kawza mressqa t-tieni fuq suggett marbut ma' kawza mressqa qabilhatinstama' flimkien ma' dik imressqa l-ewwel, taht il-principju tal-ius preventionis;

Is-soprasessjoni tista' b'mod eccezzjonali tinghata meta tali smigh fl-istess waqt taz-zewg kawzi ma jkunx jista' jsir, izda, billi hija eccezzjoni ghar-regola generali li kull kawza ghandha tinstama' sakemmtigi maqtugha, trid tinghata dejjem taht kundizzjonijiet li ghandhom ikunu serji bizzejjed biex danisir. Kemm hu hekk, inghad sahansitra f'sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali (Lawrence Cuschieri v.Onorevoli Prim' Ministru), li l-eccezzjoni tas-soprsessjoni fis-sens li l-Qorti ghandha tieqaf milli tkompli tisma' kawza bhala tali, fis-sistema procedurali taghna, m'hijiex kontemplata ghaliex l-eccezzjoni li l-Kodici tal-Procedura Civili jikkontempla hija l-eccezzjoni maghrufa bhala lis alibi pendens u din l-eccezzjoni tipprospetta necessarjament li jkun hemm zewg kawzi ghaddejjin fl-istess waqt pendenti quddiem il-qrati li jkollhom l-istess mertu;

Huwa minhabba f'hekk li l-Qrati jqisu s-soprasessjoni bhala provvediment ordinatorju mholli fid-dehen tal-Qorti li quddiemha titressaq talba bhal dik. Provvediment bhal dan huwa meqjus bhala wiehed interlokutorju u, ghalhekk, ma jorbotxlill-Qorti li tkun tatu jekk tqum il-htiega li tibdel il-fehma taghha aktar 'il quddiem, jekk tintwera raguni tajba biex taghmel dan;

Ghalhekk ukoll, il-provvediment tas-soprasessjoni jitqiesbhala pass mhux ordinarju li jissospendi s-smigh ta' kawza, meta n-norma hija, kif inghad, li kawzali tinbeda ghandha tinstama' sa ma tinqata'. Kemm hu hekk, il-provvediment tas-soprasessjoni tqiesbhala wiehed "alejatorju" li, minhabba t-termini ebsin tal-Kodici Procedurali dwar is-smigh taghhom, jista' jwassal ghad-dezerzjoni tal-proceduri mwaqqfa. Ghal bosta snin, il-Qrati taghna sabu li t-twaqqif ta' smigh ta' kawza biex tistenna l-ezitu ta' kawza ohra li diga' tressqet jew sakemm titressaq wahda fuq punt eccezzjonali huwa rakkomandat biss fil-kaz meta jkun hemm lok ghas-soluzzjoni ta'xi punt li minnu tabilfors tiddependi l-kawza li sejra titwaqqaf;

L-Artikolu 742(3) tal-Kap.12 jipprovdi li:

Il-gurisdizzjoni tal-qrati ta' kompetenza civili mhijiex eskluza mill-fattli jkun hemm xi ftehim ta' arbitragg bejn ilpartijiet, sew jekk il-procedimenti ta' arbitragg ikununbdew jew le, f'liema kaz il-qorti, bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta' kull ligi li tirregola l-arbitragg, ghandha twaqqaf il-procedimenti minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu(4) ta' dan l-artikolu u ghas-setgha li ghandha l-qorti li taghti kull ordni jew direttiva.

Il-ligi nnifisha tghid li meta jkun hemm klawsola ta' arbitragg il-gurisdizzjoni tal-Qorti Maltija tibqa' tghodd. Kieku l-klawsola ta' arbitragg ittemm il-gurisdizzjoni b'mod shih, ma jkunx hemm lokli tigi ordnata s-soprasessjoni, imma biss il-helsien tal-imharrek milli jibqa' fil-gudizzju fuq il-bazi tan-nuqqas ta' gurisdizzjoni.

Id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 742(3) tal-Kap 12 iddahhlu fis-sehh bil-bidliet li saru fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili bl-Att XXIV tal-1995, u japplikaw kemm jekk ikunu nbdew quddiem qorti ohra proceduri ta' arbitragg u kif ukoll jekkma jkunux ghadhom hekk bdew. Dawn id-dispozizzjonijiet iridu mbaghad jinqraw flimkien ma' dawk tal-Att II tal-1996 (Att dwar l-Arbitragg), li sewwasew fit-tifsira tal-frazi "ftehim ta' arbitragg" jinkludi ftehim konkjuz bil-hrug ta' polza ta' kargu li jkun fiha referenza espressa ghal klawsola ta'arbitragg f'charter party;

Bid-dispozizzjonijiet tal-artikolu 742(3) tal-Kodici tal-Procedura, qieghed jigi assikurat li l-gurisdizzjoni tal-Qorti Maltija ma titnehhiex bil-fatt biss li jkun hemm ftehim ta' arbitragg bejn il-partijiet kontraenti, u trid li thalli lill-Qrati jezercitaw rwol regolatur dwar is-siwi tal-ftehim tal-arbitragg, filwaqt li fl-istess hin thares ir-rieda tal-istess partijiet (pacta sunt servanda) murija minnhom sewwasew fil-klawsola kuntrattwali ta' arbitragg;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info