Reference: 7/1998/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MERCIECA PAUL AIC vs DEBONO ROSA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` GHALQA - LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SAR TIBDIL FL-UZU TAL-FOND - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KAP. 199 SABIEX ISIRU ALTERAZZJONIJIET MILL-INKWILIN - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KODICI CIVILI SABIEX ISIRU ALTERAZZJONIJIET MILL-INKWILIN
Summary
Biex jigi stabbilit jekk il-fond huwa ghalqa jew le wiehed ghandu jhares lejn in-natura intrinsika tieghu ta' art li qeghda ghal koltivazzjoni, kif ukoll ghandu jara x'kien l-istat tal-fond u x'kienetl-intenzjoni tal-partijiet meta saret il-lokazzjoni, u mhux l-istat tal-fond wara li tkun saret il-lokazzjoni, u wisq anqas meta tinqala' l-kwistjoni dwar in-natura tieghu.

Il-kwistjoni centrali f`din il-kawza kienet tirrigwarda l-punt jekk f'kaz ta' assenza ta' patt espress jew awtorizazzjoni preventiva, jistghax il-gabbillott jew detentur tal-kirja jaghmel modifikazzjonijiet fil-haga lokata lilu minghajr il-kunsens tas-sid.

Il-kunsens mhux rikjest ad validitatem mil-ligi li jkun bilfors espress (Art 1564(1) tal-Kodici Civili). Il-ligi specjali (Kap 199) ma ssemmiex, kif hekktaghmel il-ligi ordinarja, illi "il-kerrej, matul il-kirja, ma jista' jaghmel ebda tibdil fil-hagamikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera". Invece tillimita ruhha ghall-espressjoni "abitwalmentnaqas li jhares xi kondizzjoni ohra tal-kirja" (Art 4(2)(f)). Fin-nuqqas ta' ftehim jew ta' xi patt espress, il-kondizzjoni tal-kera trid tkun indotta mid-disposizzjonijiet generali tal-kuntratt ta'kera. Inter alia, ghalhekk, l-Art 1564 (1) surreferit.

Ghat-tifsira tal-principju enuncjatfil-ligi, it-taghlim dottrinali hu fis-sens illi dan ma ghandux jigi ntiz fis-sens li l-kerrej ma jista' jaghmel ebda modifikazzjoni fil-fond. Dan in raguni ghad-deduzzjoni illi gjaladarba huwa ghandu dritt igawdi l-fond allura ghandu jkollu l-fakolta` li jadattah ghal konvenjenzi u ghal bzonnijiettieghu, b'obbligu naturalment li jpoggih fl-istat li kien jekk ikun irid hekk is-sid.

Ma jistax jinghad a priori liema huma dawk it-tibdiliet li l-inkwilin jista` jew ma jistax jaghmel. Wiehedirid ihares lejn ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz, partikolarment lejn il-professjoni, arti jew sengha tal-inkwilin, l-uzu li ghalih il-fond ikun inkera, il-kunsens esplicitu jew tacitu tas-sid, uanki z-zmien meta t-tibdiliet jkunu saru.

In linea di massima, meta l-haga fl-assjem taghha tibqa' impjegata skond id-destinazzjoni taghha u t-tibdil li jkun sar ma jiznaturax id-destinazzjonital-fond ma ghandux ikun hemm ir-rigur tas-sanzjoni tal-ligi.

Il-ksur prevvist mil-ligi "jridikun evidentement ta' xi gravita apprezzabbli u proporzjonata".

L-allegazzjoni tal-lokatur li kien hemm kambjament ta' destinazzjoni tkun insostenibbli jekk il-lokatur ikun aderixxa anke tacitament ghal dak l-uzu. Huwa veru li jista' jkun hemm kazijiet li fihom ix-xjenza u l-pacenjza tal-lokatur ma tfisserx ratifika u adezjoni; izda meta l-mutament ikun parzjali u mhux abbuziv, u s-sid ikun akkonsenta ghal dak il-kambjament b'atti li huma nkonciljabbli ma' kull ideja ta' opposizzjoni, allura jkun il-kaz li jigi ritenut li kien hemm adezjoni tacita tal-lokatur.

L-inazzjoni da parti tas-sid ghal tul ta' zmien, bil-konsapevolezza tat-tibdil li kien sar fl-uzu tal-fond, tikkostitwixxi akkwiexxenza jew ghallanqas tolleranza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info