Reference: 924/1997/1

Judgement Details


Date
06/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
FARRUGIA CARMEL vs FARRUGIA ALEXANDRA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONTRO-TALBA, ELEMENTI TA` - KONTRO-TALBA, NATURA TA` - KONTRO-TALBA, SKOP TA` - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA VJOLENZA - KUNTRATT, ANNULLAMENT TA` ATTI MAGHMULIN BIL-PERMESS JEW BL-AWTORIZZAZZJONI TAL-QORTI
Summary
Skond l-artikolu 974 tal-Kap 16 "Jekk il-kunsens ikun gie moghti bi zball, jew mehud bi vjolenza jewb'ghemil doluz, ma jkunx jiswa".

VJOLENZA

L-artikolu 978 (1) ighid hekk: "Il-kunsensjitqies mehud bi vjolenza meta l-vjolenza hija tali li tahkem fuq persuna ragonevoli u ggieghlha tibza' li hija nnifisha jew hwejjigha jistghu jigu mqieghda ghal xejn b'xejn f'perikolu ta' hsara kbira".

(2) F'dawn il-kazijiet ghandhom jitqiesu l-eta`, is-sess u l-kundizzjoni tal-persuna".

Skond il-ligi, il-vjolenza hija kawza ta' nullita` tal-kuntratt ghaliex tostakola l-liberta` tal-kunsens. Il-vjolenza tikkonsisti f'vie di fatto jew minacci ezercitati kontra persuna biex jigi minnha karpit il-kunsens li hija ma tridx taghti. Hu pero` necessarju li l-vjolenza morali tkun il-kawza determinanti tal-kuntratt; jigifieri biex kuntratt ikun suxxettibli li jigi annullat minhabba l-vjolenza jehtieg li l-kunsens ta' wahda mill-partijiet ikun gie estratt bi vjolenza; fi kliem iehor lil-kunsens ikun il-frott ta' vjolenza ezercitata li tottjeni dak il-kunsens u mhux ir-rizultat accidentali ta' vjolenza ezercitata tottjeni dak il-kunsens u mhux ir-rizultat accidentali ta' vjolenza ezercitata biex jigi raggunt skop divrs. Mhux bizzejjed li l-kunsens jigi moghti u l-kuntratt ikun sar taht pressjoni ta' forza nsormontabbli ghal dak li jkun ta l-kunsens; ghaliex dik il-forza tista'tkun forza naturali u nkonxjenti, u ghalhekk proprjament ma jkunx hemm vjolenza mill-punto di vistaguridiku. Il-vjolenza trid tkun l-opera ta' persuna li tezercitaha biex tottjeni l-kunsens.

Biex il-vjolenza morali tammonta ghall-vizzju tal-kunsens hemm bzonn li tkun determinanti, ingusta ugravi u tali li taghmel impressjoni fuq persuna ragonevoli u li tiggenera l-biza' li tesponi ingustament lill-persuna taghha jew il-gid taghha ghal dannu gravi. Il-kwistjoni jekk hemmx vjolenza hija ndagni li hija mhollija nterament fil-prudenza tal-gudikant.

Hu car pero` illi l-ezercizzju ta' dritt jew anke l-pretenzjoni ta' dritt kontra terz fl-ambitu ta' proceduri gudizzjarji bl-ebda modma jista' jitqies bhala element kostituttiv ta' vjolenza morali fit-termini tal-ligi. Fejn dak id-dritt jezisti il-kreditur kien pjenament gustifikat li jezercitah u d-debitu ma jistax javvanza l-pretensjoni li l-effett negattiv ta' l-ezercizzju ta' dak id-dritt kien tant serju li seta' jigi kkwalifikat bhala xi forma ta' vjolenza morali fuqu.

QERQ B'GHEMIL DOLUZ

L-artikolu 981 tal-Kodici Civili jippreskrivi li l-eghmil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu tali li minghajrhom il-parti l-ohra ma kenitx tikkuntratta. Izda l-istess artikolu jkompli jghid li dan l-ghemil doluz ma jistax ikun prezunt, imma ghandu jigi ppruvat.

Kull bniedem savju u prudenti, qabel ma jaghmel weghda, ghandu jiehu l-prekawzjonijietnecessarji mehtiega mill-interess tieghu, u jekk hu ma jkunx hadhom, il-Ligi m'ghandiex taghtih laprotezzjoni u l-anqas difiza "Leges vigilantibus prosunt".

Li kieku ma kienx hekk, l-istess mala fidi tiehu profitt mill-facilita` li kuntratt jigi rexiss, sabiex dak li jkun jinheles mill-obbligu li jirrispetta l-patti li jkunu l-aktar legittimi.

Mhux kwalunkwe ngann ta' kontrajent wiehed ghad-dannu ta' l-iehor jammonta ghad-dolo rikjest mill-ligi bhala motiv ghall-annullabilita' ta' kuntratt. L-ingann irid ikun tali li ma jhallix lill-kontrajent ingannat il-kuxjenza ta' dak li kien qieghed jaghmel u l-indipendenza tal-kunsens tieghu; u tali wkoll li minghajru ma kienx jikkuntratta. Id-dolo jipproduci l-izball u dana jrid ikun invincibbli. Ukoll inghad li bhalma mhux kwalunkwe skaltrezza prattikata ghad-dannu ta' haddiehor taqa' taht is-sanzjoni tal-ligi, hekk ukoll mhux kull kredulita' zejda taqa' taht il-protezzjoni taghha.

L-annullabilita' ta' kuntratt bazata fuq ghemil doluz tissuponi wkoll l-izball li waqa' fih il-kontraent li jaghmel l-istanza ta' l-annullament minhabba l-ghemil doluz ta' l-iehor; imma b'din id-differenza, illi mentri l-izball, bhala motiv per se' indipendentement mill-ghemil doluz, hemm bzonn li jaqa' fuq is-sustanza tal-haga, invece l-izball effett tal-ghemil doluz ma hemmx bzonn li jaqa' fuq is-sustanza tal-haga.

Ir-ricerkajekk l-ghemil doluz kienx kif ghall-finijiet ta' din l-azzjoni hemm bzonn li jkun, jigifieri determinanti, hija wahda ta' fatt, li ghandha tigi meqjusa fic-cirkustanzi partikolari ta' kull kaz. Id-distinzjoni antika bejn ghemil doluz 'causam dans contractui' u ghemil doluz 'incidens in contractum' hija ormai skartata in vista tal-lokazzjoni tal-ligi.

KUNSENS MOGHTI BI ZBALL.

L-artikolu 976(1) tal-Kodici Civili jipprovdi hekk:-

"L-izball dwar il-fatt ma jgibx in-nullita' tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim."

Dwar vizzju tal-kunsens minhabba zball, il-ligi tiddistingwi bejn zball dwar il-ligi li ma jgibx nullita` hlief meta dan ikun il-kawza wahdanija jew ewlenija tieghu, u zball ta' fatt li ma jgibx in-nullita` tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim (Art 975 u 976 tal-Kap 16).

Dejjem gie ritenut mill-Qrati taghna li biex jaghti lok ghat-thassir tal-kuntratt l-izball ta' fatt irid ikun zball sostanzjali. Zball ta` fatt ma jwassalx ghan-nullita` jekk mhux meta jaqa` fuq is-sustanza stess tal-haga li tkun l-oggett tieghu.

Zball fuq is-sustanza huwa allura zball fuq il-kwalita` tal-haga, izda mhux kull zball fuq il-kwalita` huwa sostanzjali. Huwa mehtieg illi tali zball jaqa` fuq kwalita` principali. Hija l-intenzjoni tal-partijiet li trid tiddetermina x'inhi kwalita` essenzjali. Il-principju huwa is-segwenti: il-partijiet ma kienux jikkontrattaw li kieku kienu jafu bl-izball dwar il-kwalita`.

Barra minn hekk huwa mehtieg lil-izball ikun skuzabbli. L-izball mhux skuzabbli meta huwa l-frott ta` ta` negligenza kbira (culpa lata), li kieku ma kienx ghaliha il-kontraent kien ikun jista` jinduna bl-izball anki bi ftit diligenza. F'dawn il-kazi jkun irid jigi applikat il-principju "qui sua culpa damnum sentit, non videtur damnun sentire".

Zball ta' fatt jipproduci n-nullita' tal-konvenzjoni meta jaqa' fuq is-sostanza tal-haga li tifforma l-oggett tal-konvenzjoni hija l-opinjoni preferibbli li l-kelma 'sustanza' ghandha tittiehed bhala sinonimu ta' 'kwalita' sostanzjali' u li din il-kwalita' tiddependi mill-intenzjoni tal-partijiet.

ATTI MAGHMULIN BIL-PERMESS JEW BL-AWTORIZZAZZJONI TAL-QORTI

L-artikolu 488 tal-Kap 12 jipprovdi li:-

"(1) Kontra l-atti maghmulin bil-permess jew bl-awtorizzazzjoni tal-qorti, ma tistax tingieb il-prova li l-kunsens gie moghti bi zball, jew mehud bi vjolenza jew b'ghemil doluz, jew li l-att kien b'xi mod ta' hsara jew ta' pregudizzju.

(2) Izda l-att jista' jigi mwaqqa' jekk jigi ppruvat illi l-permess jew l-awtorizzazzjoni tal-Qorti gew moghtijaminhabba dikjarazzjonijiet foloz jew minhabba li ma ntqalux xi cirkostanzi".

KONTRO-TALBA

L-Artikolu 396 tal-Kap 12 jiddisponi illi:-

"Fil-kawzi, il-konvenut jista' jaghmel kontro-talba kontra l-attur, basta li din il-kontro-talba tkun konnessa mat-talba tal-attur kif ser jinghad hawn taht:-

meta il-kontro-talba tal-konvenut tkun gejja mill-istess fatt, jew mill-istesskuntratt jew titolu li minnhu tkun gejja t-talba tal-attur; jew

meta l-iskop tal-kontro-talba tal-konvenut huwa li jpaci l-kreditu mitlub mill-attur, jew li b'kull mod iehor igib fix-xejn l-azzjoni ta' l-attur jew li jimpedixxi l-effetti taghha".

Ir-rekwisiti sabiex issir il-kontro-talba huma: a) "la comunanza di origine delle due cause", ovverro b) "la eliminazione reciproca delledue domande."

Illi dan jissussisti meta iz-zewg domandi jemanaw mill-istess fatt, mill-istesskuntratt jew titolu.

Il-legislatur kien liberali sew, u l-intenzjoni tieghu kienet mhux bissli tigi eliminata l-obbligazzjoni attrici, jew ikkompensata, izda ukoll jekk id-domandi attrici jigu b'kull mod, jekk mhux estinti, anke newtralizzati.

Tenut kont tal-fatt, li l-iskop tal-kontro-talba, huwa sabiex zewg kawzi bejn l-istess partijiet jinstemghu fi process wiehed, u b'hekk jiguevitati multiplicita' ta' kawzi bejn l-istess persuni, l-interprettazzjoni tal-istess artikolu ghandha tkun wahda estensiva, imbasta l-bazi tal-istess tigi rispettata u mhux znaturata.

Ghalhekk fl-interprettazzjoni tal-fonti ta' origine tal-istess kontro-talba, u cjoe` il-kuntratt, it-titoluu l-fatt, dawn ghandhom dejjem jigu nterpretati fil-kumpless ta' cirkostanzi li jaghtu hajja ghall-kawza u li jifformaw il-bazi tal-litigazzjoni. Dan tant huwa minnu li l-legislatur permezz ta' sub-artikolu (2) jestendi l-istess ghal kull mezz li bih l-azzjoni attrici tigi estinta, jew l-effetti taghha jigu newtralizzata.

Dan kollu ghaliex ir-rikonvenzjoni bhala mezz ta` difiza giet gustament estiza mill-legislatur ghall-dawk il-kazi kollha fejn il-konvenut, ikun jista` jiddefendi ruhubilli jagixxi kontra l-attur tieghu.

Konsistentement mal-premess, gew ammessi kontro-talbietanke meta l-azzjoni attrici hija wahda kambjarja, bil-limitazzjoni tal-eccezzjonijiet li l-istess kawza timponi u dan proprju abbazi tal-artikolu 396(2).

Il-Qorti irritenit illi huwa permissibbli li f'azzjoni ghall-annullament ta` kuntratt issir kontro-talba ghall-ezekuzzjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info