Reference: 1805/2000/1

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT ANNA vs ZAMMIT CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, IMPUNJAZZJONI TAL-LEGITTIMITA` - FILJAZZJONI, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA - FILJAZZJONI, META R-RAGEL IKUN MIFRUD MINN MARTU - FILJAZZJONI, RILEVANZA TA` TESTIJIET XJENTIFICI
Summary
L-Art. 77 tal-Kodici Civili jipprovdi li "Il-legittimitĂ  ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata wkoll minn kull min ikollu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel ittwelid tat-tifel, ir-ragel kien fl-impossibbiltĂ  fizika lijghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha."

Fil-passat skond kif manifest mill-gurisprudenza din l-"impossibilita fizika" kienet biss tigi accettata fil-kaz ta' meta ir-ragel kien ikunassenti minn Malta zmien ferm qabel il-koncepiment u waqt il-gestazzjoni u z-zmien tat-twelid.

Illum, b'rizultat ta' l-emendi apportatati ghal Kodici Civili taghna in materja ta' filjazzjoni din l-impossibilita` fizika tista' tirrizulta minn cirkostanzi ohra. Ad exemplum, in-nuqqas ta' rijunjoni ta' l-omm ma' zewgha. Jew il-prova illi omm it-tifel ma ghammritx ma' zewgha anke jekk dan kien possibbli, jew ma kellhiex rapporti sesswali mieghu.

F'materja ta' filjazzjoni l-Qorti tridtkun ferm rigoruza u attenta fejn tkun qed tigi attakkata l-legittimita` tal-minuri. Dan ghar-raguni illi akkoljiment legger jista' jwassal ghat-trasformazzjoni ta' l-istat tal-minuri meta dan ma jkunx hekk konsentit. U dan kapaci jkollu konsegwenzi avversi u negattivi ghall-interess ta' l-istessminuri.

L-izvilupp fil-medicina genetika llum irrenda l-kompitu ta' min irid jiggudika anqaspezanti minn dak ta' zmenijiet ohra u ghamilha possibbli li l-Qorti tiggudika l-kaz hekk delikat b'kuxjenz aktar kwieta. Hawnhekk l-unici provi prodotti kienu l-ammissjoni ta` l-omm u tal-missier naturali tal-minuri. Il-Qorti rriteniet li dan wahdu ma kienx ser ikun sufficjenti biex it-talba tintlaqa' madanakollu l-Qorti laqghet it-talba fuq il-bazi tat-test genetiku.

Effettivament l-istess ligi takkorda piz sinifikanti hafna lill-prova konsegwita bl-accertamenti genetici anke ghaliex din tikkreja certezza assodanti tal-vera qaghda tal-paternita`, u kapaci telimina l-element incert mahluq bil-presunzjoni tal-ligi tramandata mid-Dritt Ruman u kollokata fl-Artikolu 67 tal-Kodici Civili.

Tabilhaqq mill-qari tat-test misluf mill-Artikolu 70(1)(d) il-ligi donnha timponi obbligatorjeta` fil-kaz ta' provata relazzjoni adultera, ghal konduzzjoni ta' l-ezami genetiku jew ematologiku. Tali ezami hu fakoltattiv fil-kazijiet l-ohra. Pero` anke jekk mhux koercibbli l-gudikant ghandu in forza tal-ligi d-dritt li jiddezumi l-konkluzjonijiet li jidhirlu hekk gustifikati jekk parti ma tkunx trid taghmel dawk l-ezamijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info