Referenza: 1805/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAMMIT ANNA vs ZAMMIT CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, IMPUNJAZZJONI TAL-LEGITTIMITA` - FILJAZZJONI, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA - FILJAZZJONI, META R-RAGEL IKUN MIFRUD MINN MARTU - FILJAZZJONI, RILEVANZA TA` TESTIJIET XJENTIFICI
Fil-Qosor
L-Art. 77 tal-Kodici Civili jipprovdi li "Il-legittimità ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata wkoll minn kull min ikollu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel ittwelid tat-tifel, ir-ragel kien fl-impossibbiltà fizika lijghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha."

Fil-passat skond kif manifest mill-gurisprudenza din l-"impossibilita fizika" kienet biss tigi accettata fil-kaz ta' meta ir-ragel kien ikunassenti minn Malta zmien ferm qabel il-koncepiment u waqt il-gestazzjoni u z-zmien tat-twelid.

Illum, b'rizultat ta' l-emendi apportatati ghal Kodici Civili taghna in materja ta' filjazzjoni din l-impossibilita` fizika tista' tirrizulta minn cirkostanzi ohra. Ad exemplum, in-nuqqas ta' rijunjoni ta' l-omm ma' zewgha. Jew il-prova illi omm it-tifel ma ghammritx ma' zewgha anke jekk dan kien possibbli, jew ma kellhiex rapporti sesswali mieghu.

F'materja ta' filjazzjoni l-Qorti tridtkun ferm rigoruza u attenta fejn tkun qed tigi attakkata l-legittimita` tal-minuri. Dan ghar-raguni illi akkoljiment legger jista' jwassal ghat-trasformazzjoni ta' l-istat tal-minuri meta dan ma jkunx hekk konsentit. U dan kapaci jkollu konsegwenzi avversi u negattivi ghall-interess ta' l-istessminuri.

L-izvilupp fil-medicina genetika llum irrenda l-kompitu ta' min irid jiggudika anqaspezanti minn dak ta' zmenijiet ohra u ghamilha possibbli li l-Qorti tiggudika l-kaz hekk delikat b'kuxjenz aktar kwieta. Hawnhekk l-unici provi prodotti kienu l-ammissjoni ta` l-omm u tal-missier naturali tal-minuri. Il-Qorti rriteniet li dan wahdu ma kienx ser ikun sufficjenti biex it-talba tintlaqa' madanakollu l-Qorti laqghet it-talba fuq il-bazi tat-test genetiku.

Effettivament l-istess ligi takkorda piz sinifikanti hafna lill-prova konsegwita bl-accertamenti genetici anke ghaliex din tikkreja certezza assodanti tal-vera qaghda tal-paternita`, u kapaci telimina l-element incert mahluq bil-presunzjoni tal-ligi tramandata mid-Dritt Ruman u kollokata fl-Artikolu 67 tal-Kodici Civili.

Tabilhaqq mill-qari tat-test misluf mill-Artikolu 70(1)(d) il-ligi donnha timponi obbligatorjeta` fil-kaz ta' provata relazzjoni adultera, ghal konduzzjoni ta' l-ezami genetiku jew ematologiku. Tali ezami hu fakoltattiv fil-kazijiet l-ohra. Pero` anke jekk mhux koercibbli l-gudikant ghandu in forza tal-ligi d-dritt li jiddezumi l-konkluzjonijiet li jidhirlu hekk gustifikati jekk parti ma tkunx trid taghmel dawk l-ezamijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni